Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi f’kooperazzjoni ma’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru konċernat, għandha twettaq spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet ta’ ajruporti, operaturi u entitajiet li japplikaw standards tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni, sabiex timmonitorja l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mill-Istati Membri u, kif xieraq, tagħmel rakkomandazzjonijiet biex titjieb is-sigurtà ta’ l-avjazzjoni. Għal dan il-fini, l-awtorità kompetenti għandha tinforma bil-miktub lill-Kummissjoni dwar l-ajruporti kollha fit-territorju tagħha li jservu l-avjazzjoni ċivili minbarra dawk koperti bl-Artikolu 4(4).
Il-proċeduri biex isiru l-ispezzjonijiet mill-Kummissjoni għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regulatorja msemmija fl-Artikolu 19(2).