+Artikolu 4 Kondizzjonijiet tal-ħruġ
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4
---+Artikolu 4 5
---+Artikolu 4 6
|
Artikolu 4 Kondizzjonijiet tal-ħruġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1
|
1. L-applikazzjonijiet għal permess speċjali tas-sajd previst fl-Artikolu 3(1) għandhom ikunu akkumpanjati minn pjan dettaljat tas-sajd li jispeċifika b’mod partikolari:
|
(a)
|
iż-żona prevista ta’ l-attivitajiet,
|
|
(ċ)
|
it-tip ta’ rkaptu u l-fond li fih ikun se jintuża, u
|
|
(d)
|
il-konfigurazzjoni tal-profil batimetriku ta’ qiegħ il-baħar fit-territorji tas-sajd li fihom isiru l-attivitajiet, meta din l-informazzjoni ma tkunx diġà disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat tal-Bandiera kkonċernat.
|
|
|
Artikolu 4 2
|
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu permess speċjali tas-sajd wara li jkunu għamlu valutazzjoni ta’ l-impatti potenzjali ta’ l-attivitajiet tas-sajd li bi ħsiebu jagħmel il-bastiment u jkunu kkonkludew li tali attivitajiet mhux probabbli li jħallu impatti ħżiena sinifikanti fuq l-ekosistemi marini vulnerabbli.
|
|
Artikolu 4 3
|
3. Għall-fini ta’ l-implimentazzjoni tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joqogħdu fuq l-aqwa informazzjoni xjentifika u teknika disponibbli dwar iż-żona ta’ l-ekosistemi marini vulnerabbli fiż-żoni fejn il-bastimenti tas-sajd ikkonċernati jkollhom il-ħsieb li joperaw. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi, fejn tkun disponibbli, data xjentifika li abbażi tagħha tkun tista’ tiġi stmata l-probabbiltà ta’ l-okkorrenza ta’ dawn l-ekosistemi. Il-proċess ta’ valutazzjoni għandu jinkludi elementi adegwati ta’ reviżjoni xjentifika indipendenti bejn il-pari.
|
|
Artikolu 4 4
|
4. L-evalwazzjoni tar-riskju ta’ impatti avversi sinifikanti fuq ekosistemi marini vulnerabbli li ssir taħt il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tqis, skond kif ikun opportun, il-kondizzjonijiet li jvarjaw prevalenti fiż-żoni fejn l-attivitajiet tas-sajd bl-irkaptu tal-qiegħ huma stabbiliti sew u f’żoni fejn dawn l-attivitajiet tas-sajd ma seħħewx jew iseħħu okkażjonalment.
|
|
Artikolu 4 5
|
5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw kriterji prekawzjonali fit-twettiq tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. F’każ ta’ dubju dwar jekk l-impatti ħżiena humiex sinifikanti jew le, huma għandhom iqisu li l-impatti ħżiena probabbli li jirriżultaw mill-pariri xjentifiċi mogħtija huma sinifikanti.
|
|
Artikolu 4 6
|
6. Fejn il-valutazzjoni tikkonkludi li l-attivitajiet imwettqa skond il-pjan tas-sajd ippreżentat jistgħu jirriżultaw f’impatti ħżiena sinifikanti fuq l-ekosistemi marini vulnerabbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jispeċifikaw ir-riskji vvalutati u jippermettu lill-applikant jemenda l-pjan tas-sajd biex jevitahom. Fin-nuqqas ta’ tali emendi, l-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx joħorġu l-permess speċjali mitlub tas-sajd.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.07.2008 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008R0734
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|