+Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 4

Kondizzjonijiet għall-għoti ta' liċenzja operattiva

Impriża għandha tingħata liċenzja operattiva minn awtorità kompetenti tal-liċenzji ta' Stat Membru sakemm:

(a) 

is-sede ewlenija tan-negozju tagħha tkun f'dak l-Istat Membru;

▼M1

(b) 

ikollha ĊOA validu maħruġ f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) jew minn awtorità nazzjonali ta' Stat Membru, jew minn diversi awtoritajiet nazzjonali ta' Stati Membri li jaġixxu b'mod konġunt f'konformità mal-Artikolu 62(5) ta' dak ir-Regolament jew mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni;

▼B

(ċ) 

ikollha inġenju ta' l-ajru wieħed jew aktar għad-dispożizzjoni tagħha bħala proprjetà tagħha jew permezz ta' ftehim tal-kiri mingħajr ekwipaġġ;

(d) 

ix-xogħol prinċipali tagħha jkun l-operat ta' servizzi ta' l-ajru waħidhom jew ikkombinati ma' kwalunkwe operat kummerċjali ieħor ta' inġenji ta' l-ajru jew it-tiswija u l-manutenzjoni ta' inġenji ta' l-ajru;

(e) 

l-istruttura tal-kumpannija tkun tippermetti lill-awtorità kompetenti tal-liċenzji li timplimenta d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu;

(f) 

Stati Membri u/jew ċittadini ta' Stati Membri ikollhom id-dritt ta' proprjetà fuq aktar minn 50 % ta' l-impriża u effettivament jikkontrollawha, sew direttament jew indirettament permezz ta' impriza intermedja waħda jew aktar, ħlief kif previst fi ftehim ma' pajjiż terz li għalih il-Komunità tkun parti,

(g) 

tissodisfa l-kondizzjonijiet finanzjarji speċifikati fl-Artikolu 5.

(h) 

tikkonforma mal-kondizzjonijiet ta' l-assigurazzjoni speċifikati fl-Artikolu 11 u fir-Regolament (KE) 785/2004; u

(i) 

tikkonforma mad-dispożizzjonijiet dwar ir-reputazzjoni tajba kif speċifikat fl-Artikolu 7

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.12.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008R1008
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.