+Artikolu 6 Iċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 3a.

Artikolu 6 Iċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru

Iċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.
L-għoti u l-validità ta' liċenzja tal-operazzjoni għandhom jiddependu mill-pussess ta' ĊOA validu li jispeċifika l-attivitajiet koperti minn dik il-liċenzja operattiva.
Artikolu 6 2.
Kwalunkwe modifika fiċ-ĊOA ta' trasportatur tal-ajru Komunitarju għandha tkun riflessa, fejn xieraq, fil-liċenzja operattiva tiegħu.

L-awtorità kompetenti għaċ-ĊOA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-liċenzji malajr kemm jista' jkun bi kwalunkwe bidla proposta rilevanti fiċ-ĊOA.

Artikolu 6 3.
L-awtorità kompetenti għaċ-ĊOA u l-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandhom jaqblu dwar miżuri għal skambju proattiv ta' informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni u ż-żamma taċ-ĊOA u tal-liċenzja operattiva.

Dak l-iskambju jista' jinkludi, mingħajr ma jkun limitat għal, informazzjoni marbuta mal-arranġamenti finanzjarji, organizzattivi u dwar is-sjieda tat-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza jew is-solvenza tal-operazzjonijiet tagħha jew li jistgħu jassistu lill-awtorità kompetenti għaċ-ĊOA fit-twettiq tal-attivitajiet ta' sorveljanza tagħha relatati mas-sikurezza. Meta l-informazzjoni tingħata b'mod kunfidenzjali, għandhom jiġu stabbiliti miżuri biex jiġi żgurat li l-informazzjoni tiġi protetta b'mod adegwat.

Artikolu 6 3a.
Fejn x'aktarx li tkun meħtieġa azzjoni ta' infurzar, l-awtorità kompetenti għaċ-ĊOA u l-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandhom jikkonsultaw lil xulxin mill-aktar fis possibbli qabel ma jieħdu tali azzjoni, u jaħdmu flimkien sabiex isolvu l-kwistjonijiet qabel ma tittieħed azzjoni. Fejn tittieħed azzjoni, l-awtorità kompetenti għaċ-ĊOA u l-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandhom jinnotifikaw lil xulxin mill-aktar fis possibbli dwar it-teħid tal-azzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.12.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008R1008
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.