+Artikolu 9
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 1a.
---+Artikolu 9 1b.
---+Artikolu 9 1c.
---+Artikolu 9 1d.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.
|
Artikolu 9
Sospensjoni u revoka ta' liċenzja operattiva
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
L-awtorità kompetenti tal-liċenzji tista’ fi kwalunkwe ħin tevalwa l-prestazzjoni finanzjarja ta' trasportatur ta' l-ajru Komunitarju li hi tkun liċenzjat. Abbażi ta' l-evalwazzjoni tagħha, l-awtorita’ għandha tissospendi jew tirrevoka l-liċenzja operattiva jekk ma tibqax aktar sodisfatta li dan it-trasportatur ta' l-ajru Komunitarju jkun jista’ jonora l-obbligi tiegħu attwali jew potenzjali għal perijodu ta' tnax-il xahar. Madankollu, l- awtorità kompetenti tal-liċenzji tista' tagħti liċenzja temporanja, li ma teċċedix tnax-il xahar, sa meta ssir riorganizzazzjoni finanzjarja ta' trasportatur ta' l-ajru Komunitarju, sakemm din il-liċenzja temporanja tirrifletti, skond il-każ, kwalunkwe bidla fiċ-ĊOA, u sakemm ikun hemm prospett realistiku ta' rikostruzzjoni finanzjarja f'dak il-perijodu ta' żmien.
|
|
Artikolu 9 1a.
|
Abbażi tal-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, imwettqa mill-1 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-awtorità kompetenti tal-liċenzji tista’ tiddeċiedi qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu li ma tissospendix jew li ma tirrevokax il-liċenzja operattiva tat-trasportatur tal-ajru tal-Unjoni bil-kundizzjoni li s-sikurezza ma tkunx f’riskju, u lì jkun hemm prospett realistiku ta’ rikostruzzjoni finanzjarja sodisfaċenti fi żmien it-12-il xahar li jmiss. Għandha tirrieżamina l-prestazzjoni ta’ dan it-trasportatur tal-ajru tal-Unjoni fi tmiem il-perjodu ta’ 12-il xahar u tiddeċiedi jekk il-liċenzja operattiva għandhiex tiġi sospiża jew revokata u jekk għandhiex tingħata liċenzja temporanja abbażi tal-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 9 1b.
|
Meta l-Kummissjoni tara, abbażi tad-data ppubblikata mill-Eurocontrol, li hija l-operatur tan-netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk tat-traffiku tal-arju tal-Ajru Uniku Ewropew, li t-tnaqqis fil-livell tat-traffiku tal-ajru qed jippersisti meta mqabbel mal-livell fil-perijodu korrispondenti fl-2019 u li x’aktarx ser ikompli, u tara wkoll li, abbażi tal-aħjar data xjentifika disponibbli, bħad-data miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, din is-sitwazzjoni hija r-riżultat tal-impatt tal-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 25a biex temenda dan ir-Regolament billi testendi l-perijodu tal-1 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 imsemmi fil-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu kif xieraq.
|
|
Artikolu 9 1c.
|
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kontinwament is-sitwazzjoni bl-użu tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1b. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għaliha, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta’ sinteżi dwar din il-kwistjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-15 ta’ Novembru 2020. Meta l-kriterji msemmijin fil-paragrafu 1b jiġu ssodisfati, il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat previst fil-paragrafu 1b malajr kemm jista’ jkun.
|
|
Artikolu 9 1d.
|
Meta, fil-każ ta’ impatt fit-tul tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-settur tat-trasport tal-ajru fl-Unjoni, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 25b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Kull meta jkun hemm indikazzjonijiet ċari li jeżistu problemi finanzjarji jew meta jinbdew proċeduri ta' falliment jew proċeduri simili kontra trasportatur ta' l-ajru Komunitarju liċenzjat minnha, l-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandha mingħajr dewmien tagħmel valutazzjoni profonda tal-qagħda finanzjarja u fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tagħha, tirrivedi l-istatus tal-liċenzja operattiva konformement ma' dan l-Artikolu f'perijodu ta' żmien ta' tliet xhur.
L-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjonijiet tagħha, li tieħu fir-rigward ta' l-istatus tal-liċenzja operattiva.
|
|
Artikolu 9 3.
|
Meta l-kontijiet verifikati msemmija fl-Artikolu 8(4) ma jkunux ġew komunikati sa l-iskadenza indikata f'dak l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandha titlob mingħajr dewmien żejjed lit-trasportatur ta' l-ajru Komunitarju sabiex jikkomunika dawn il-kontijiet verifikati.
Jekk il-kontijiet verifikati ma jiġux komunikati fi żmien xahar, il-liċenzja operattiva tista' tiġi revokata jew sospiża.
|
|
Artikolu 9 4.
|
L-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandha tissospendi jew tirrevoka l-liċenzja operattiva jekk it-trasportatur ta' l-ajru Komunitarju konxjament jew bi traskuraġni jforni lill-awtorità kompetenti tal-liċenzji b'informazzjoni falza fuq xi punt importanti.
|
|
Artikolu 9 5.
|
Fil-każ li ċ-ĊOA ta' trasportatur ta' l-ajru Komunitarju jiġi sospiż jew irtirat, l-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandha minnufih tissospendi jew tirrevoka l-liċenzja operattiva tat-trasportatur ta' l-ajru.
|
|
Artikolu 9 6.
|
L-awtorità kompetenti tal-liċenzji tista' tissospendi jew tirrevoka l-liċenzja operattiva ta' trasportatur ta' l-ajru Komunitarju jekk tali trasportatur ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti dwar reputazzjoni tajba stabbiliti fl-Artikolu 7.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.12.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008R1008
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|