|
+Artikolu 13 3. |
Artikolu 13 3.Trasportatur ta' l-ajru Komunitarju li jikri bl-ekwipaġġ inġenju ta' l-ajru reġistrat f'pajjiż terz minn impriża oħra għandu jikseb minn qabel approvazzjoni għall-operat mill-awtorità kompetenti tal-liċenzji. L-awtorità kompetenti tista' tagħti approvazzjoni jekk:
(a)
it-trasportatur ta' l-ajru Komunitarju juri għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti li qed jintlaħqu l-istandards ta' sikurezza kollha ekwivalenti għal dawk imposti mill-liġi Komunitarja jew nazzjonali; u
(b)
►M2 sakemm ma jkunx previst mod ieħor fi ftehim internazzjonali dwar il-kiri bl-ekwipaġġ iffirmat mill-Unjoni li jkun ibbażat fuq Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru li l-Unjoni hija parti għalih, u li ġie ffirmat qabel l-1 ta' Jannar 2008, tkun issodisfata waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin: ◄
(i)
it-trasportatur ta' l-ajru Komunitarju jiġġustifika tali kiri abbażi ta' ħtiġijiet eċċezzjonali, f'liema każ tista' tingħata approvazzjoni għal perijodu ta' mhux aktar minn seba’ xhur li jista’ jiġi mġedded darba għal perijodu ieħor ta' mhux aktar minn seba’ xhur;
(ii)
it-trasportatur ta' l-ajru Komunitarju juri li l-kiri huwa meħtieġ biex jiġu sodisfatti ħtiġiet ta' kapaċità staġonali, li ma jistgħux jiġu sodisfatti b'mod raġonevoli permezz ta' kiri ta' inġenji ta' l-ajru rreġistrati fil-Komunità, f'dak il-każ l-approvazzjoni tkun tista' tiġi rinnovata; jew
(iii)
it-trasportatur ta' l-ajru Komunitarju juri li l-kiri huwa meħtieġ biex jintgħelbu diffikultajiet operattivi, u mhuwiex possibbli jew raġonevoli li jinkrew inġenji ta' l-ajru rreġistrati fil-Komunità, f'liema każ l-approvazzjoni għandha tkun għaż-żmien limitat strettament meħtieġa biex jintgħelbu d-diffikultajiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|