+Artikolu 13
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
|
Artikolu 13
Kiri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(ċ), trasportatur ta' l-ajru Komunitarju jista’ jkollu inġenju ta' l-ajru jew aktar għad-dispożizzjoni tiegħu permezz ta' ftehim tal-kiri mingħajr ekwipaġġ jew bl-ekwipaġġ. It-trasportaturi ta' l-ajru Komunitarji jistgħu joperaw liberament inġenji ta' l-ajru reġistrati fil-Komunità mikrija bl-ekwipaġġ ħlief meta dan jipperikola s-sikurezza. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-implimentazzjoni ta' tali dispożizzjoni tkun raġonevoli u proporzjonata u bbażata fuq konsiderazzjonijiet ta' sikurezza.
|
|
Artikolu 13 2.
|
Ftehim tal-kiri mingħajr ekwipaġġ li għalih trasportatur ta' l-ajru Komunitarju ikun parti jew ftehim tal-kiri bl-ekwipaġġ li taħtu t-trasportatur ta' l-ajru Komunitarju ikun il-kerrej ta' l-inġenju ta' l-ajru mikri bl-ekwipaġġ għandu jkun suġġett għal approvazzjoni minn qabel skond il-liġi Komunitarja jew nazzjonali applikabbli dwar is-sikurezza ta' l-avjazzjoni.
|
|
Artikolu 13 3.
|
Trasportatur ta' l-ajru Komunitarju li jikri bl-ekwipaġġ inġenju ta' l-ajru reġistrat f'pajjiż terz minn impriża oħra għandu jikseb minn qabel approvazzjoni għall-operat mill-awtorità kompetenti tal-liċenzji. L-awtorità kompetenti tista' tagħti approvazzjoni jekk:
(a)
it-trasportatur ta' l-ajru Komunitarju juri għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti li qed jintlaħqu l-istandards ta' sikurezza kollha ekwivalenti għal dawk imposti mill-liġi Komunitarja jew nazzjonali; u
(b)
►M2
sakemm ma jkunx previst mod ieħor fi ftehim internazzjonali dwar il-kiri bl-ekwipaġġ iffirmat mill-Unjoni li jkun ibbażat fuq Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru li l-Unjoni hija parti għalih, u li ġie ffirmat qabel l-1 ta' Jannar 2008, tkun issodisfata waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin: ◄
(i)
it-trasportatur ta' l-ajru Komunitarju jiġġustifika tali kiri abbażi ta' ħtiġijiet eċċezzjonali, f'liema każ tista' tingħata approvazzjoni għal perijodu ta' mhux aktar minn seba’ xhur li jista’ jiġi mġedded darba għal perijodu ieħor ta' mhux aktar minn seba’ xhur;
(ii)
it-trasportatur ta' l-ajru Komunitarju juri li l-kiri huwa meħtieġ biex jiġu sodisfatti ħtiġiet ta' kapaċità staġonali, li ma jistgħux jiġu sodisfatti b'mod raġonevoli permezz ta' kiri ta' inġenji ta' l-ajru rreġistrati fil-Komunità, f'dak il-każ l-approvazzjoni tkun tista' tiġi rinnovata; jew
(iii)
it-trasportatur ta' l-ajru Komunitarju juri li l-kiri huwa meħtieġ biex jintgħelbu diffikultajiet operattivi, u mhuwiex possibbli jew raġonevoli li jinkrew inġenji ta' l-ajru rreġistrati fil-Komunità, f'liema każ l-approvazzjoni għandha tkun għaż-żmien limitat strettament meħtieġa biex jintgħelbu d-diffikultajiet.
|
|
Artikolu 13 4.
|
L-awtorità kompetenti tista' tagħmel kondizzjonijiet għall-approvazzjoni. Tali kondizzjonijiet għandhom jifformaw parti mill-ftehim tal-kiri bl-ekwipaġġ.
L-awtorità kompetenti tista' tirrifjuta li tagħti l-approvazzjoni jekk ma jkun hemm l-ebda reċiproċità fir-rigward ta' kiri bl-ekwipaġġ bejn l-Istat Membru konċernat jew il-Komunità u l-pajjiż terz fejn l-inġenju ta' l-ajru mikri bl-ekwipaġġ ikun reġistrat.
L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Istati Membri konċernati dwar approvazzjoni li hi tkun tat għall-kiri bl-ekwipaġġ ta' inġenju ta' l-ajru reġistrat f'pajjiż terz.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.12.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008R1008
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|