L-awtorità kompetenti tista' tagħmel kondizzjonijiet għall-approvazzjoni. Tali kondizzjonijiet għandhom jifformaw parti mill-ftehim tal-kiri bl-ekwipaġġ.
L-awtorità kompetenti tista' tirrifjuta li tagħti l-approvazzjoni jekk ma jkun hemm l-ebda reċiproċità fir-rigward ta' kiri bl-ekwipaġġ bejn l-Istat Membru konċernat jew il-Komunità u l-pajjiż terz fejn l-inġenju ta' l-ajru mikri bl-ekwipaġġ ikun reġistrat.
L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Istati Membri konċernati dwar approvazzjoni li hi tkun tat għall-kiri bl-ekwipaġġ ta' inġenju ta' l-ajru reġistrat f'pajjiż terz.