Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' kull ftehim bilaterali bejn l-Istati Membri, u suġġett għar-regoli Komunitarji tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi, it-trasportaturi ta' l-ajru Komunitarji għandhom jitħallew mill-Istati Membri konċernati jikkombinaw servizzi ta' l-ajru u jidħlu f'arranġamenti ta' code-sharing ma kwalunkwe trasportatur ta' l-ajru fuq servizzi ta' l-ajru lejn, minn jew via kwalunkwe ajruport fuq it-territorju tagħhom minn jew lejn kwalunkwe punt f'pajjiżi terzi
Stat Membru jista’, fil-qafas tal-ftehim bilaterali dwar servizzi bl-ajru mal-pajjiż terz konċernat, jimponi restrizzjonijiet fuq arranġamenti ta' code-sharing bejn trasportaturi ta' l-ajru Komunitarji u trasportaturi ta' l-ajru ta' pajjiż terz, partikolarment jekk il-pajjiż terz konċernat ma jippermettix opportunitajiet kummerċjali simili lil trasportaturi ta' l-ajru Komunitarji li joperaw mill-Istat Membru konċernat. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-restrizzjonijiet imposti b'tali ftehim ma jirrestrinġux il-kompetizzjoni u jkunu non-diskriminatorji bejn it-trasportaturi ta' l-ajru Komunitarji u ma jkunux aktar restrittivi milli jkun meħtieġ.