+Artikolu 17
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
---+Artikolu 17 6.
---+Artikolu 17 7.
---+Artikolu 17 8.
---+Artikolu 17 9.
---+Artikolu 17 10.
|
Artikolu 17
Proċeduri ta' offerta pubblika għall-obbligu ta' servizz pubbliku
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
L-offerta pubblika meħtieġa fl-Artikolu 16(10) għandha titmexxa skond il-proċedura stipulata fil-paragrafi 2 sa 10 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 17 2.
|
L-Istat Membru konċernat għandu jikkomunika t-test sħiħ tas-sejħa għall-offerti lill-Kummissjoni ħlief fejn, f'konformità ma' l-Artikolu 16(5), ikun għarraf l-obbligu ta' servizz pubbliku permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali tiegħu. F'dak il-każ, is-sejħa għall-offerti għandha wkoll tiġi pubblikata fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali.
|
|
Artikolu 17 3.
|
Is-sejħa għall-offerti u l-kuntratt sussegwenti għandhom ikopru, inter alia, il-punti li ġejjin:
(a)
l-istandards meħtieġa mill-obbligu ta' servizz pubbliku;
(b)
ir-regoli dwar l-emendi u t-tmiem tal-kuntratt, b'mod partikolari biex jitqiesu bidliet li ma setgħux jiġu mbassra;
(ċ)
il-perijodu ta' validità tal-kuntratt;
(d)
il-penalitajiet fl-eventwalità ta' nuqqas ta' konformità mal-kuntratt;
(e)
il-parametri oġġettivi u trasparenti li fuq il-bażi tagħhom għandu jiġi kalkolat il-kumpens, jekk ikun hemm, għall-qadi ta' l-obbligu ta' servizz pubbliku.
|
|
Artikolu 17 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tgħarraf is-sejħa għall-offerti b'avviż ta' informazzjoni ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-iskadenza għat-tfigħ ta' l-offerti m'għandhiex tkun aktar kmieni minn xahrejn wara l-jum tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż ta' informazzjoni. Fil-każ li l-offerta tikkonċerna rotta li l-aċċess għaliha kien diġà ġie limitat għal trasportatur wieħed skond l-Artikolu 16(9), is-sejħa għall-offerti tiġi pubblikata mill-inqas sitt xhur qabel il-bidu tal-konċessjoni l-ġdida sabiex tiġi smata l-ħtieġa ta' kontinwata ta' l-aċċess ristrett.
|
|
Artikolu 17 5.
|
L-avviż ta' informazzjoni għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-Istati Membri konċernati;
(ċ)
il-perijodu ta' validità tal-kuntratt;
(d)
l-indirizz komplut fejn it-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti u/jew dokumentazzjoni marbuta ma' l-offerta pubblika u ma' l-obbligu ta' servizz pubbliku għandhom ikunu disponibbli mingħajr dewmien u bla ħlas mill-Istat Membru konċernat;
(e)
id-data ta' l-għeluq għall-preżentazzjoni ta' l-offerti.
|
|
Artikolu 17 6.
|
L-Istati Membri konċernati għandhom jikkomunikaw mingħar dewmien u bla ħlas kull tagħrif u dokumenti rilevanti mitluba minn xi parti interessata fl-offerta pubblika.
|
|
Artikolu 17 7.
|
L-għażla minn fost l-offerti għandha ssir kemm jista’ jkun malajr filwaqt li jitqiesu l-adegwatezza tas-servizz, inklużi l-prezzijiet u l-kondizzjonijiet li jistgħu jkunu kwotati lill-utenti, u l-ispiża tal-kumpens meħtieġ mill-Istati Membri konċernati, jekk ikun hemm.
|
|
Artikolu 17 8.
|
L-Istati Membri konċernati jistgħu jikkumpensaw lil trasportatur ta' l-ajru, li jkun magħżul skond il-paragrafu 7, talli jaderixxi ma' l-istandards meħtieġa minn obbligu ta' servizz pubbliku impost taħt l-Artikolu 16. Dak il-kumpens m'għandux jisboq l-ammont meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż netti mġarrba fil-qadi ta' kull obbligu ta' servizz pubbliku, filwaqt li jitqies id-dħul relatat miegħu miżmum mit-trasportatur ta' l-ajru u qliegħ raġonevoli.
|
|
Artikolu 17 9.
|
Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata bil-miktub u mingħajr dewmien dwar ir-riżultati ta' l-offerta pubblika u dwar l-għażla mill-Istat Membru u għandha tiġi inkluża l-informazzjoni li ġejja.
(a)
in-numri, l-ismijiet u informazzjoni korporattiva ta' min qed jitfa’ l-offerta;
(b)
l-elementi operattivi fl-offerti;
(ċ)
il-kumpens mitlub fl-offerti;
(d)
l-isem ta' min ġie magħżul.
|
|
Artikolu 17 10.
|
Fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri jikkomunikaw, fi żmien xahar, id-dokumenti kollha rilevanti marbuta ma' l-għażla ta' trasportatur ta' l-ajru għat-twettiq ta' obbligu ta' servizz pubbliku. Fil-każ li d-dokumenti mitluba ma jiġux komunikati qabel id-data ta' l-għeluq, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tissospendi s-sejħa għall-offerti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.12.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008R1008
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|