L-Istat Membru konċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-ħsieb tiegħu li jirregola d-distribuzzjoni tat-traffiku ta' l-ajru jew li jbiddel regola eżistenti tad-distribuzzjoni tat-traffiku.
Il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu u, fi żmien xahar minn meta tirċievi l-informazzjoni mill-Istat Membru, u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2), għandha tiddeċiedi jekk l-Istat Membru jistax ikompli japplika l-miżuri.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-deċiżjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u l-miżuri m'għandhomx jiġu applikati qabel il-pubblikazzjoni ta' l-approvazzjoni tal-Kummissjoni.