+Artikolu 23
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
|
Artikolu 23
Informazzjoni u non-diskriminazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
In-nollijiet ta' l-ajru u r-rati ta' l-ajru disponibbli għall-pubbliku in ġenerali għandhom jinkludu l-kondizzjonijiet applikabbli meta offruti jew pubblikati taħt kull forma, anke fuq l-Internet, għal servizzi bl-ajru minn ajruport li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru li għaliħ japplika t-Trattat. Il-prezz finali li għandu jitħallas għandu jkun indikat dejjem u għandu jinkludi n-noll jew ir-rata ta' l-ajru applikabbli kif ukoll it-taxxi kollha applikabbli, u l-ħlasijiet, il-ħlasijiet addizzjonali u l-drittijiet li ma jistgħux jiġu evitati u li jkunu prevedibbli fil-ħin tal-pubblikazzjoni. Minbarra l-indikazzjoni tal-prezz finali, għandu jkun speċifikat għall-inqas dan li ġej:
(a)
in-noll ta' l-ajru jew ir-rata ta' l-ajru;
(ċ)
il-ħlasijiet ta' l-ajruport; u
(d)
ħlasijiet, ħlasijiet addizzjonali jew drittijiet oħrajn, bħal dawk marbutin mas-sigurtà jew il-karburant;
fejn il-punti elenkati taħt (b), (c) u (d) jkunu żdiedu man-noll ta' l-ajru jew ir-rata ta' l-ajru. Is-supplimenti tal-prezz fakultattivi għandhom jiġu komunikati b'mod ċar, trasparenti u mingħajr ambigwità fil-bidu ta' kull proċess ta' prenotazzjoni u l-aċċettazzjoni tagħhom mill-klijent għandha tkun fuq bażi “opt-in”.
|
|
Artikolu 23 2.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16(1), l-aċċess għan-nollijiet ta' l-ajru u r-rati ta' l-ajru għal servizzi bl-ajru minn ajruport li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru li għalih japplika t-Trattat, li jkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali għandu jingħata mingħajr l-ebda diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità jew tal-post ta' residenza tal-konsumatur jew il-post ta' l-istabbiliment ta' l-aġent tat-trasportatur ta' l-ajru jew ta' xi bejjiegħ iehor tal-biljetti fil-Komunita.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.12.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008R1008
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|