|
+Artikolu 23 1. |
Artikolu 23 1.In-nollijiet ta' l-ajru u r-rati ta' l-ajru disponibbli għall-pubbliku in ġenerali għandhom jinkludu l-kondizzjonijiet applikabbli meta offruti jew pubblikati taħt kull forma, anke fuq l-Internet, għal servizzi bl-ajru minn ajruport li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru li għaliħ japplika t-Trattat. Il-prezz finali li għandu jitħallas għandu jkun indikat dejjem u għandu jinkludi n-noll jew ir-rata ta' l-ajru applikabbli kif ukoll it-taxxi kollha applikabbli, u l-ħlasijiet, il-ħlasijiet addizzjonali u l-drittijiet li ma jistgħux jiġu evitati u li jkunu prevedibbli fil-ħin tal-pubblikazzjoni. Minbarra l-indikazzjoni tal-prezz finali, għandu jkun speċifikat għall-inqas dan li ġej:
(a)
in-noll ta' l-ajru jew ir-rata ta' l-ajru;
(b)
it-taxxi;
(ċ)
il-ħlasijiet ta' l-ajruport; u
(d)
ħlasijiet, ħlasijiet addizzjonali jew drittijiet oħrajn, bħal dawk marbutin mas-sigurtà jew il-karburant; fejn il-punti elenkati taħt (b), (c) u (d) jkunu żdiedu man-noll ta' l-ajru jew ir-rata ta' l-ajru. Is-supplimenti tal-prezz fakultattivi għandhom jiġu komunikati b'mod ċar, trasparenti u mingħajr ambigwità fil-bidu ta' kull proċess ta' prenotazzjoni u l-aċċettazzjoni tagħhom mill-klijent għandha tkun fuq bażi “opt-in”. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|