|
+Artikolu 6 3. |
Artikolu 6 3.Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-dimensjonijiet segwenti ta' valutazzjoni ta' kwalità għandhom japplikaw għad-data li għandha tiġi trażmessa:
(a)
“rilevanza” tirriferi għall-grad sa fejn l-istatistika tissodisfa ħtiġijiet attwali u potenzjali ta' l-utenti;
(b)
“preċiżjoni” tirriferi għall-viċinanza ta' l-estimi għall-valuri reali mhux magħrufa;
(ċ)
“tempestività” tirriferi għall-perijodu ta' żmien bejn id-disponibbiltà ta' l-informazzjoni u l-avveniment jew fenomenu li hija tiddeskrivi;
(d)
“puntwalità” tirriferi għall-perijodu ta' żmien bejn id-data tar-rilaxx tad-data u d-data mmirata meta hija kellha tkun provduta;
(e)
“aċċessibbiltà” u “ċarezza” jirriferu għall-kundizzjonijiet u modalitajiet li bihom l-utenti jistgħu jakkwistaw, jużaw u jinterpretaw data;
(f)
“komparabbiltà” tirriferi għall-kejl ta' l-impatt ta' differenzi f'kunċetti applikati ta' statistika u strumenti u proċeduri ta' kejl meta l-istatistika tiġi mqabbla bejn zoni ġeografiċi, oqsma settorali jew fuq medda ta' żmien;
(g)
“koerenza” tirriferi għall-adegwatezza tad-data sabiex din tiġi affidabbilment kombinata b'modi differenti u għal użi varji. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|