+Artikolu 6
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.

Artikolu 6

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kwalità tad-data trażmessa.
Artikolu 6 2.
Għandu jsir kull sforz raġonevoli sabiex tkun żgurata koerenza bejn id-data dwar l-enerġija ddikjarata skond l-Anness B u d-data ddikjarata skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2005/166/KE ta' l-10 ta' Frar 2005 li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna mekkaniżmu għall-monitoraġġ ta' l-emissjonijiet Komunitarji tal-gassijiet serra u sabiex jiġi implimentat il-Protokoll ta' Kyoto ( 1 ).
Artikolu 6 3.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-dimensjonijiet segwenti ta' valutazzjoni ta' kwalità għandhom japplikaw għad-data li għandha tiġi trażmessa:

(a) 

“rilevanza” tirriferi għall-grad sa fejn l-istatistika tissodisfa ħtiġijiet attwali u potenzjali ta' l-utenti;

(b) 

“preċiżjoni” tirriferi għall-viċinanza ta' l-estimi għall-valuri reali mhux magħrufa;

(ċ) 

“tempestività” tirriferi għall-perijodu ta' żmien bejn id-disponibbiltà ta' l-informazzjoni u l-avveniment jew fenomenu li hija tiddeskrivi;

(d) 

“puntwalità” tirriferi għall-perijodu ta' żmien bejn id-data tar-rilaxx tad-data u d-data mmirata meta hija kellha tkun provduta;

(e) 

“aċċessibbiltà” u “ċarezza” jirriferu għall-kundizzjonijiet u modalitajiet li bihom l-utenti jistgħu jakkwistaw, jużaw u jinterpretaw data;

(f) 

“komparabbiltà” tirriferi għall-kejl ta' l-impatt ta' differenzi f'kunċetti applikati ta' statistika u strumenti u proċeduri ta' kejl meta l-istatistika tiġi mqabbla bejn zoni ġeografiċi, oqsma settorali jew fuq medda ta' żmien;

(g) 

“koerenza” tirriferi għall-adegwatezza tad-data sabiex din tiġi affidabbilment kombinata b'modi differenti u għal użi varji.

Artikolu 6 4.
Kull ħames snin, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b'rapport dwar il-kwalità tad-data trażmessa kif ukoll dwar kwalunkwe tibdil metodoloġiku li jkun sar.
Artikolu 6 5.
Fi żmien sitt xhur mir-riċezzjoni ta' talba mill-Kummissjoni (Eurostat), u sabiex jippermettulha tivvaluta l-kwalità tad-data trażmessa, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat) rapport li jinkludi kwalunkwe informazzjoni rilevanti li tikkonċerna l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008R1099
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.