+Artikolu 9
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.

Artikolu 9

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.

Bil-ħsieb li tiġi mtejba l-kwalità ta' l-istatistika dwar l-enerġija rinnovabbli u dwar il-konsum ta' enerġija finali, il-Kummissjoni (Eurostat), b'kollaborazzjoni ma' l-Istati Membri, għandha tiżgura li din l-istatistika tkun komparabbli, trasparenti, dettaljata u flessibbli billi:

(a) 

tirrivedi l-metodoloġija użata sabiex tiġi ġenerata statistika dwar l-enerġija rinnovabbli sabiex kull sena, u b'mod effettiv għall-nfiq li jsir, tkun disponibbli statistika addizzjonali, pertinenti u dettaljata dwar kull sors ta' enerġija rinnovabbli. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tippreżenta u tiddissemina l-istatistika ġġenerata mill-2010 (is-sena ta' referenza) 'l quddiem;

(b) 

tirrivedi u tiddetermina l-metodoloġija użata fil-livell nazzjonali u fil-livell Komunitarju sabiex tiġġenera statistika dwar il-konsum finali ta' l-enerġija (sorsi, fatturi varjabbli, kwalita, spejjeż) ibbażata fuq il-pożizzjoni attwali, studji eżistenti u studji pilota ta' fattibbilta, kif ukoll fuq analiżi li għad iridu jsiru tal-benefiċċji għall-ispejjeż li jsiru; u tevalwa l-konklużjonijiet ta' l-istudji pilota u ta' l-analiżi tal-benefiċċji għall-ispejjeż li jsiru bil-ħsieb li jiġu stabbiliti kriterji diviżjonali (breakdown keys) għall-enerġiji finali skond is-settur u l-użi prinċipali ta' l-enerġija u li gradwalment jiġu integrati l-elementi li jirriżultaw fl-istatistika mill-2012 (is-sena ta' referenza) ‘l quddiem.

Artikolu 9 2.
Is-sett ta' statistika dwar l-enerġija rinnovabbli jista' jiġi modifikat skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2).
Artikolu 9 3.
Is-sett ta' statistika finali ta' enerġija rinnovabbli għandu jiġi stabbilit u jista' jiġi modifikat skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008R1099
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.