|
+Artikolu 9 1. |
Artikolu 9 1.Bil-ħsieb li tiġi mtejba l-kwalità ta' l-istatistika dwar l-enerġija rinnovabbli u dwar il-konsum ta' enerġija finali, il-Kummissjoni (Eurostat), b'kollaborazzjoni ma' l-Istati Membri, għandha tiżgura li din l-istatistika tkun komparabbli, trasparenti, dettaljata u flessibbli billi:
(a)
tirrivedi l-metodoloġija użata sabiex tiġi ġenerata statistika dwar l-enerġija rinnovabbli sabiex kull sena, u b'mod effettiv għall-nfiq li jsir, tkun disponibbli statistika addizzjonali, pertinenti u dettaljata dwar kull sors ta' enerġija rinnovabbli. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tippreżenta u tiddissemina l-istatistika ġġenerata mill-2010 (is-sena ta' referenza) 'l quddiem;
(b)
tirrivedi u tiddetermina l-metodoloġija użata fil-livell nazzjonali u fil-livell Komunitarju sabiex tiġġenera statistika dwar il-konsum finali ta' l-enerġija (sorsi, fatturi varjabbli, kwalita, spejjeż) ibbażata fuq il-pożizzjoni attwali, studji eżistenti u studji pilota ta' fattibbilta, kif ukoll fuq analiżi li għad iridu jsiru tal-benefiċċji għall-ispejjeż li jsiru; u tevalwa l-konklużjonijiet ta' l-istudji pilota u ta' l-analiżi tal-benefiċċji għall-ispejjeż li jsiru bil-ħsieb li jiġu stabbiliti kriterji diviżjonali (breakdown keys) għall-enerġiji finali skond is-settur u l-użi prinċipali ta' l-enerġija u li gradwalment jiġu integrati l-elementi li jirriżultaw fl-istatistika mill-2012 (is-sena ta' referenza) ‘l quddiem. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|