+Artikolu 6 Konsultazzjoni u rimedju
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
|
Artikolu 6 Konsultazzjoni u rimedju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi stabbilita proċedura obbligatorja għall-konsultazzjoni regolari bejn il-korp ta’ tmexxija ta’ ajruport u l-utenti tal-ajruport jew ir-rappreżentanti jew assoċjazzjonijiet tal-utenti tal-ajruport fir-rigward tal-operat tas-sistema ta’ imposti tal-ajruport, il-livell ta’ imposti tal-ajruport u, kif ikun jeħtieg il-każ, il-kwalità tas-servizz provdut. Tali konsultazzjoni għandha sseħħ għall-anqas darba fis-sena, ħlief jekk jiġi miftiehem mod ieħor fl-aħħar konsultazzjoni. Fejn jeżisti ftehim pluriennali bejn il-korp ta’ tmexxija ta’ ajruport u l-utenti tal-ajruport, il-konsultazzjonijiet għandhom iseħħu kif previst f’tali ftehim. L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jitolbu konsultazzjonijiet aktar frekwenti.
|
|
Artikolu 6 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, kull fejn ikun possibbli, it-tibdil fis-sistema jew fil-livell ta’ imposti tal-ajruport isir bi ftehim bejn il-korp ta’ tmexxija tal-ajruport u l-utenti tal-ajruport. Għal dak l-għan, il-korp ta’ tmexxija tal-ajruport għandu jippreżenta kwalunkwe proposta għal modifika fis-sistema jew fil-livell ta’ imposti tal-ajruport lill-utenti tal-ajruport, flimkien mar-raġunijiet għat-tibdil propost mhux aktar tard minn erba’ xhur qabel ma dawn jidħlu fis-seħħ, ħlief jekk ikun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li jeħtieġu li jiġu ġġustifikati mal-utenti tal-ajruport. Il-korp ta’ tmexxija tal-ajruport għandu jkollu konsultazzjonijiet dwar il-bidliet proposti mal-utenti tal-ajruport u jieħu kont tal-fehmiet tagħhom qabel ma tittieħed deċiżjoni. Il-korp ta’ tmexxija tal-ajruport għandu normalment jippubblika d-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni tiegħu mhux aktar tard minn xahrejn qabel ma tidħol fis-seħħ. Il-korp ta’ tmexxija tal-ajruport għandu jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu fir-rigward tal-fehmiet tal-utenti tal-ajruport fil-każ li ma jintlaħaqx ftehim dwar il-bidliet proposti bejn il-korp ta’ tmexxija tal-ajruport u l-utenti tal-ajruport.
|
|
Artikolu 6 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil fir-rigward ta’ deċiżjoni dwar imposti tal-ajruport li tittieħed mill-korp ta’ tmexxija tal-ajruport, kwalunkwe parti tista’ titlob l-intervent tal-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti msemmija fl-Artikolu 11, li għandha teżamina l-ġustifikazzjonijiet għall-modifika tas-sistema jew tal-livell ta’ imposti tal-ajruport.
|
|
Artikolu 6 4.
|
Il-modifika fis-sistema jew fil-livell ta’ imposti tal-ajruport li tkun ġiet deċiża mill-korp ta’ tmexxija tal-ajruport, jekk tiġi mressqa quddiem l-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti, m’għandhiex ikollha effett sakemm dik l-awtorità tkun għadha ma eżaminatx il-kwistjoni. L-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti għandha, fi żmien erba’ ġimgħat minn meta l-kwistjoni tkun tressqet quddiemha, tieħu deċiżjoni temporanja dwar id-dħul fis-seħħ tal-modifika tal-imposti tal-ajruport, ħlief jekk id-deċiżjoni final tkun tista’ tittieħed fl-istess skadenza.
|
|
Artikolu 6 5.
|
Stat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafi 3 u 4 fir-rigward tat-tibdil fil-livell jew fl-istruttura ta’ imposti tal-ajruporti f’dawk l-ajruporti li għalihom:
(a)
ikun hemm proċedura obbligatorja taħt il-liġi nazzjonali li permezz tagħha l-imposti tal-ajruporti, jew il-livell massimu tagħhom, għandhom jiġu determinati jew approvati mill- awtorità ta’ superviżjoni indipendenti; jew
(b)
ikun hemm proċedura obbligatorja taħt il-liġi nazzjonali li permezz tagħha l- awtorità ta’ superviżjoni indipendenti teżamina, regolarment jew fuq talba mill-partijiet interessati, jekk dawn l-ajruporti humiex suġġetti għal kompetizzjoni effettiva. Meta dan ikun ġustifikat fuq il-bażi ta’ eżami bħal dan, l-Istat Membru għandu jiddeċiedi li l-imposti tal-ajruporti, jew il-livell massimu tagħhom, għandhom ikunu determinati jew approvati mill-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti. Din id-deċiżjoni għandha tapplika għall-perjodu ta’ żmien meħtieġ fuq il-bażi tal-eżami mwettaq minn dik l-awtorità.
Il-proċeduri, il-kondizzjonijiet u l-kriterji applikati għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu mill-Istat Membru għandhom ikunu rilevanti, oġġettivi, non-diskriminatorji u trasparenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0012
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|