|
+Artikolu 6 5. |
Artikolu 6 5.Stat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafi 3 u 4 fir-rigward tat-tibdil fil-livell jew fl-istruttura ta’ imposti tal-ajruporti f’dawk l-ajruporti li għalihom:
(a)
ikun hemm proċedura obbligatorja taħt il-liġi nazzjonali li permezz tagħha l-imposti tal-ajruporti, jew il-livell massimu tagħhom, għandhom jiġu determinati jew approvati mill- awtorità ta’ superviżjoni indipendenti; jew
(b)
ikun hemm proċedura obbligatorja taħt il-liġi nazzjonali li permezz tagħha l- awtorità ta’ superviżjoni indipendenti teżamina, regolarment jew fuq talba mill-partijiet interessati, jekk dawn l-ajruporti humiex suġġetti għal kompetizzjoni effettiva. Meta dan ikun ġustifikat fuq il-bażi ta’ eżami bħal dan, l-Istat Membru għandu jiddeċiedi li l-imposti tal-ajruporti, jew il-livell massimu tagħhom, għandhom ikunu determinati jew approvati mill-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti. Din id-deċiżjoni għandha tapplika għall-perjodu ta’ żmien meħtieġ fuq il-bażi tal-eżami mwettaq minn dik l-awtorità. Il-proċeduri, il-kondizzjonijiet u l-kriterji applikati għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu mill-Istat Membru għandhom ikunu rilevanti, oġġettivi, non-diskriminatorji u trasparenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|