+Artikolu 11 Awtorità ta’ superviżjoni indipendenti
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 11 7.
---+Artikolu 11 8.
|
Artikolu 11 Awtorità ta’ superviżjoni indipendenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
L-Istati Membri għandhom jinnominaw jew jistabbilixxu awtorità indipendenti bħala l-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti nazzjonali tagħhom sabiex tiżgura l-applikazzjoni korretta tal-miżuri meħuda għall-finijiet ta’ konformità ma’ din id-Direttiva u sabiex tieħu f’idejha, għall-anqas, il-kompiti assenjati taħt l-Artikolu 6. Tali awtorità tista’ tkun l-istess bħall-entità li l-Istat Membru jinkariga sabiex tiżgura l-applikazzjoni tal-miżuri regolatorji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 1(5), inkluża l-approvazzjoni tas-sistema ta’ imposti u/jew tal-livell tal-imposti tal-ajruport, kemm-il darba din tikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 11 2.
|
Konformement mal-liġi nazzjonali, din id-Direttiva m’għandhiex tipprekludi lill-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti milli tiddelega, taħt is-superviżjoni u r-responsabbiltà sħiħa tagħha, l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva lil awtoritajiet ta’ superviżjoni indipendenti oħra, sakemm dik l-implimentazzjoni ssir konformement mal-istess standards.
|
|
Artikolu 11 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti billi jiżguraw li din tkun ġuridikament distinta minn u funzjonalment indipendenti minn kwalunke korp ta’ tmexxija ta’ ajruport u trasportatur bl-ajru. L-Istati Membri li jkollhom proprjetà ta’ ajruporti, ta’ korpi ta’ tmexxija tal-ajruporti jew ta’ trasportaturi bl-ajru jew li jkollhom il-kontroll ta’ korpi ta’ tmexxija tal-ajruporti jew ta’ trasportaturi bl-ajru għandhom jiżguraw li l-funzjonijiet relatati ma’ tali dritt ta’ proprjetà jew kontroll ma jingħatawx lill-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti teżerċita s-setgħat tagħha b’mod imparzjali u trasparenti.
|
|
Artikolu 11 4.
|
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-isem u l-indirizz tal-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti, bil-kompiti u r-responsabilitajiet assenjati lilha, u bil-miżuri meħuda biex tkun żgurata l-konformità mal-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 11 5.
|
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ finanzjament għall-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti, li jista’ jinkludi l-ġbir ta’ imposta mingħand l-utenti tal-ajruporti u l-korpi ta’ tmexxija tal-ajruporti.
|
|
Artikolu 11 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fir-rigward ta’ nuqqas ta’ qbil kif imsemmi fl-Artikolu 6(3), jittieħdu miżuri sabiex:
(a)
tiġi stabbilita proċedura għar-riżoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-korp ta’ tmexxija ta’ ajruport u l-utenti tal-ajruport;
(b)
jiġu ddeterminati l-kondizzjonijiet li taħthom ikun jista’ jitressaq xi nuqqas ta’ qbil quddiem l-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti. L-awtorità għandha, b’mod partikolari, ma tilqax ilmenti li hija tqis li ma jkunux ġustifikati kif xieraq jew ma jkunux dokumentati b’mod adegwat; u
(ċ)
jiġu ddeterminati l-kriterji li fuqhom jiġi vvalutat in-nuqqas ta’ qbil sabiex jiġi riżolt.
Dawn il-proċeduri, kondizzjonijiet u kriterji għandhom ikunu non-diskriminatorji, trasparenti u oġġettivi.
|
|
Artikolu 11 7.
|
Meta tkun qed tagħmel investigazzjoni dwar il-ġustifikazzjoni għall-modifika tas-sistema jew tal-livell ta’ imposti ta’ ajruport kif stabbilit fl-Artikolu 6, l-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti għandha jkollha aċċess għall-informazzjoni meħtieġa mill-partijiet konċernati u għandha tkun meħtieġa li tikkonsulta lill-partijiet konċernati sabiex tasal għad-deċiżjoni tagħha. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(4), hija għandha tagħti deċiżjoni finali malajr kemm jista’ jkun, u fi kwalunkwe każ fi żmien erba’ xhur minn meta l-kwistjoni tkun tressqet quddiemha. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż b’xahrejn f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati. Id-deċiżjoniet tal-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti għandhom ikollhom effett li jorbot, mingħajr preġudizzju għal reviżjoni parlamentari jew ġudizzjarja, kif ikun applikabbli fl-Istati Membri.
|
|
Artikolu 11 8.
|
L-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti għandha tippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0012
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|