+Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “ħżin ġeoloġiku tas-CO2” tfisser l-injezzjoni akkumpanjata mill-ħżin tan-nixxiegħat tas-CO2 f’formazzjonijiet ġeoloġiċi taħt l-art;

(2) “kolonna tal-ilma” tfisser il-massa tal-ilma kontinwa vertikalment mill-wiċċ sas-sedimenti tal-qiegħ tal-ilmijiet;

(3) “sit tal-ħżin” tfisser żona ta’ volum definit fi ħdan formazzjoni ġeoloġika użata għall-ħżin ġeoloġiku tas- CO2 u l-faċilitajiet assoċjati tal-wiċċ u tal-injezzjoni;

(4) “formazzjoni ġeoloġika” tfisser suddiviżjoni litostratigrafika li fiha jistgħu jinstabu u jiġu indikati strati ta’ blat distinti;

(5) “tnixxija” tfisser kwalunkwe rilaxx ta’ CO2 mill-kumpless tal-ħżin;

(6) “kumpless tal-ħżin” tfisser is-sit tal-ħżin u l-oqsma ġeoloġiċi tal-madwar li jistgħu jkollhom effett fuq l-integrità u s-sigurtà kumplessiva tal-ħżin (i.e. formazzjonijiet sekondarji tal-ħżin);

(7) “unità idrawlika” tfisser spazju poruż b’konnessjoni idrawlika fejn il-komunikazzjoni tal-pressa tista’ titkejjel permezz ta’ mezzi tekniċi u li huwa mdawwar minn ostakli għall-flussi, bħal imperfezzjonijiet, depożiti tal-melħ, limiti litoloġiċi, jew minn postijiet fejn il-formazzjoni hija llevata ‘l barra jew maħruġa ‘l barra;

(8) “esplorazzjoni” tfisser il-valutazzjoni ta’ kumplessi tal-ħżin potenzjali għall-finijiet ta’ ħżin ġeoloġiku tas-CO2 permezz ta’ attivitajiet li jidħlu fis-sottostrat bħal tħaffir biex jinkiseb tagħrif ġeoloġiku dwar l-istrata fil-kumpless tal-ħżin potenzjali u, jekk ikun il-każ, it-twettiq ta’ testijiet tal-injezzjoni biex jiġi kkaratterizzat is-sit għall-ħżin;

(9) “permess għall-esplorazzjoni” tfisser deċiżjoni bil-miktub u motivata li tawtorizza l-esplorazzjoni, u li tispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom tista’ tiġi attwata, maħruġa mill-awtorità kompetenti konformement mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva;

(10) “operatur” tfisser kull persuna naturali jew legali, privata jew pubblika li topera jew tikkontrolla s-sit tal-ħżin jew lil min ikun ġie ddelegat il-poter ekonomiku deċiżiv fuq il-funzjonament tekniku tas-sit tal-ħżin konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali;

(11) “il-permess għall-ħżin” tfisser deċiżjoni (jew deċiżjonijiet) bil-miktub u motivata li tawtorizza l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 f’sit tal-ħżin mill-operatur, u li tispeċifika l-kundizzjonijiet biex ikun jista’ jsir, maħruġ mill-awtorità kompetenti konformement mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva;

(12) “bidla sostanzjali” tfisser kwalunkwe bidla mhix prevista fil-permess għall-ħżin li jista’ jkollha effetti sinifikanti fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem;

(13) “nixxiegħa tas-CO2” tfisser fluss ta’ sustanzi li jirriżulta mill-proċessi tal-ġbir tas-CO2;

(14) “skart” tfisser is-sustanzi definiti bħala skart fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/12/KE;

(15) “formazzjoni tas-CO2” tfisser il-volum mifrux tas-CO2 fil-formazzjoni ġeoloġika;

(16) “migrazzjoni” tfisser il-moviment tas-CO2 ġewwa l-kumpless tal-ħżin;

(17) “irregolarità sinifikanti” tfisser kwalunkwe irregolarità fl-operazzjonijiet tal-injezzjoni jew tal-ħżin jew fil-kundizzjoni tal-kumpless għall-ħżin innifsu, li timplika r-riskju ta’ tnixxija jew ir-riskju għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem;

(18) “riskju sinjifikanti” tfisser taħlita ta’ probabilità li ssir ħsara u l-ammont ta’ ħsara li ma jistax ikun injorat mingħajr jitqies l-iskop ta’ din id-Direttiva għas-sit tal-ħżin ikkonċernat;

(19) “miżuri korrettivi” tfisser kwalunkwe miżuri meħuda biex jiġu korretti irregolaritajiet sinifikanti jew biex jingħalqu tnixxijiet sabiex jiġi evitat jew imwaqqaf ir-rilaxx tas-CO2 mill-kumpless tal-ħżin;

(20) “għeluq” ta’ sit tal-ħżin tfisser it-tmiem definit tal-injezzjoni tas-CO2 f’dak is-sit tal-ħżin;

(21) “wara l-għeluq” tfisser il-perjodu wara l-għeluq ta’ sit tal-ħżin, inkluż il-perjodu ta’ wara t-trasferiment tar-responsabbiltà lill-awtorità kompetenti;

(22) “network tat-trasport” tfisser in-network ta’ pipelines, inklużi l-istazzjonijiet tal-kompressjoni assoċjati, għat-trasport tas-CO2 sas-sit tal-ħżin.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0031
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.