|
+Artikolu 14 Ir-rappurtar mill-operatur |
Artikolu 14 Ir-rappurtar mill-operaturArtikolu 14 Ir-rappurtar mill-operatur Bi frekwenza li għandha tiġi ddeterminata mill-awtorità kompetenti, u fi kwalunkwe każ mill-inqas darba f’sena, l-operatur għandu jippreżenta lill-awtorità kompetenti: (1) ir-riżultati kollha tal-monitoraġġ taħt l-Artikolu 13 fil-perjodu tar-rappurtar inkluż it-tagħrif dwar it-teknoloġija tal-monitoraġġ użata; (2) il-kwantitajiet u l-karatteristiċi tan-nixxiegħat tas-CO2 ikkonsenjati u injettati, inkluża, l-kompożizzjoni ta’ dawk in-nixxigħat, fil-perjodu tar-rappurtar, reġistrati taħt il-punt (b) tal-Artikolu 12(3); (3) prova tat-twaqqif u taż-żamma tal-garanzija finanzjarja taħt l-Artikolu 19 u taħt il-punt 9 tal-Artikolu 9; (4) kwalunkwe tagħrif ieħor li l-awtorità kompetenti tqis rilevanti għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità mal-kundizzjonijiet tal-permess għall-ħżin u taż-żieda fil-konoxxenza dwar il-komportament tas-CO2 fis-sit tal-ħżin. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|