+KAPITOLU 4 L-OBBLIGAZZJONIJIET TAL-OPERAZZJONI, TAL-GĦELUQ U TA’ WARA L-GĦELUQ
---+Artikolu 12 Il-kriterji u l-proċedura tal-aċċettazzjoni tan-nixxiegħa tas-CO2
------+Article 12 1.
------+Article 12 2.
------+Article 12 3.
---+Artikolu 13 Il-monitoraġġ
------+Article 13 1.
------+Article 13 2.
---+Artikolu 14 Ir-rappurtar mill-operatur
---+Artikolu 15 Ispezzjonijiet
------+Article 15 1.
------+Article 15 2.
------+Article 15 3.
------+Article 15 4.
------+Article 15 5.
---+Artikolu 16 Il-miżuri f’każ ta’ tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti
------+Article 16 1.
------+Article 16 2.
------+Article 16 3.
------+Article 16 4.
------+Article 16 5.
---+Artikolu 17 L-obbligazzjonijiet tal-għeluq u ta’ wara l-għeluq
------+Article 17 1.
------+Article 17 2.
------+Article 17 3.
------+Article 17 4.
------+Article 17 5.
---+Artikolu 18 It-trasferiment tar-responsabbiltà
------+Article 18 1.
------+Article 18 2.
------+Article 18 3.
------+Article 18 4.
------+Article 18 5.
------+Article 18 6.
------+Article 18 7.
------+Article 18 8.
---+Artikolu 19 Il-garanzija finanzjarja
------+Article 19 1.
------+Article 19 2.
------+Article 19 3.
---+Artikolu 20 Mekkaniżmu finanzjarju
------+Article 20 1.
------+Article 20 2.

KAPITOLU 4 L-OBBLIGAZZJONIJIET TAL-OPERAZZJONI, TAL-GĦELUQ U TA’ WARA L-GĦELUQ

KAPITOLU 4 L-OBBLIGAZZJONIJIET TAL-OPERAZZJONI, TAL-GĦELUQ U TA’ WARA L-GĦELUQ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 Il-kriterji u l-proċedura tal-aċċettazzjoni tan-nixxiegħa tas-CO2

Artikolu 12

Il-kriterji u l-proċedura tal-aċċettazzjoni tan-nixxiegħa tas-CO2

1.  Nixxiegħa tas-CO2 għandha tikkonsisti kważi kompletament f’dijossidu tal-karbonju. Għal dan il-għan, l-ebda skart jew ħaġa oħra ma jistgħu jiġu miżjuda sabiex dak l-iskart jew ħaġa oħra jiġu mormija. Madankollu, nixxiegħa tas-CO2 jista’ jkun fiha sustanzi assoċjati inċidentali mis-sors, mill-ġbir jew mill-proċess tal-injezzjoni u sustanzi ta’ traċċi miżjuda biex jgħin fil-monitoraġġ u l-verifika tal-migrazzjoni tas-CO2. Il-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi inċidentali u miżjuda kollha għandhom ikunu anqas minn livelli li:

(a) jaffetwaw b’mod ħażin l-integrità tas-sit għall-ħżin jew l-l-infrastruttura tat-trasport rilevanti;

(b) ikunu ta’ riskju sinifikanti għall-ambjent jew għas-saħħa umana; jew

(c) jiksru r-rekwiżiti tal-leġislazzjoni Komunitarja applikabbli.

2.  Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun il-każ, tadotta linji gwida bħala għajnuna għall-identifikazzjoni tal-kondizzjonijiet applikabbli fuq bażi ta’ każ b’każ għar-rispett tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur:

(a) jaccetta u jinjetta biss nixxigħat tas-CO2 jekk ikunu twettqu analiżi tal-kompoizzjoni, inklużi s-sustanzi korrużivi, tan-nixxigħat, u stima tar-riskju, u jekk l-istima tar-riskju turi li l-livelli ta’ kontaminazzjoni huma konformi mal-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1,

(b) iżomm reġistru tal-kwantitajiet u l-karatteristiċi tan-nixxiegħat tas-CO2 konsenjati, u injettati, inkluża l-kompożizzjoni ta’ dawk, in-nixxiegħat.

Artikolu 13 Il-monitoraġġ

Artikolu 13

Il-monitoraġġ

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur iwettaq monitoraġġ tal-faċilitajiet ta’ injezzjoni, tal-kumpless tal-ħżin (anke fejn possibbli tal-formazzjoni tas-CO2), u fejn xieraq tal-ambjent tal-madwar għall-iskop ta’:

(a) tqabbil bejn il-komportament attwali u dak immuddellat tas-CO2 u ilma ta’ formazzjoni, fis-sit tal-ħżin;

(b) rilevament ta’ irregolaritajiet sinifikanti;

(c) l-identifikar ta’ migrazzjoni ta’ CO2;

(d) l-identifikar ta’ tnixxija tas-CO2;

(e) l-identifikar ta’ effetti ta’ ħsara sinifikanti għall-ambjent tal-madwar, anke b’mod partikolari fuq l-ilma tax-xorb, għall-popolazzjonijiet tal-bnedmin, jew għall-utenti tal-biosfera tal-madwar;

(f) il-valutazzjoni tal-effikaċja ta’ kwalunkwe miżuri korrettivi meħuda taħt l-Artikolu 16;

(g) aġġornament tal-valutazzjoni tas-sigurtà u l-integrità tal-kumpless tal-ħżin fil-perjodu qasir u dak fit-tul, inkluża l-valutazzjoni jekk is-CO2 maħżun huwiex se jkun kompletament permanentement konfinat.

2.  Il-monitoraġġ għandu jkun ibbażat fuq pjan ta’ monitoraġġ imfassal mill-operatur konformement mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, inklużi dettalji dwar il-monitoraġ bi qbil mal-linji gwida stabbiliti taħt l-Artikolu 14 u l-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, preżentat lill-awtorità kompetenti u approvat minnha taħt il-punt 6 tal-Artikolu 7 u taħt il-punt 5 tal-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva. Il-pjan għandu jiġi aġġornat konformement mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II u f’kull każ kull ħames snin biex jitqies t-tibdil għar-riskju vvalutat ta’ tnixxija, tibdil fir-riskji stmati għall-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, konoxxenza xjentifika ġdida, u titjib fl-aħjar teknoloġija disponibbli. Għandhom jiġu preżentati mill-ġdid pjanijiet aġġornati għall-approvazzjoni lill-awtorità kompetenti.

Artikolu 14 Ir-rappurtar mill-operatur

Artikolu 14

Ir-rappurtar mill-operatur

Bi frekwenza li għandha tiġi ddeterminata mill-awtorità kompetenti, u fi kwalunkwe każ mill-inqas darba f’sena, l-operatur għandu jippreżenta lill-awtorità kompetenti:

(1) ir-riżultati kollha tal-monitoraġġ taħt l-Artikolu 13 fil-perjodu tar-rappurtar inkluż it-tagħrif dwar it-teknoloġija tal-monitoraġġ użata;

(2) il-kwantitajiet u l-karatteristiċi tan-nixxiegħat tas-CO2 ikkonsenjati u injettati, inkluża, l-kompożizzjoni ta’ dawk in-nixxigħat, fil-perjodu tar-rappurtar, reġistrati taħt il-punt (b) tal-Artikolu 12(3);

(3) prova tat-twaqqif u taż-żamma tal-garanzija finanzjarja taħt l-Artikolu 19 u taħt il-punt 9 tal-Artikolu 9;

(4) kwalunkwe tagħrif ieħor li l-awtorità kompetenti tqis rilevanti għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità mal-kundizzjonijiet tal-permess għall-ħżin u taż-żieda fil-konoxxenza dwar il-komportament tas-CO2 fis-sit tal-ħżin.

Artikolu 15 Ispezzjonijiet

Artikolu 15

Ispezzjonijiet

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jorganizzaw sistema ta’ spezzjonijiet ta’ rutina jew mhux ta’ rutina tal-kumplessi tal-ħżin kollha ġewwa l-ambitu ta’ din id-Direttiva għall-finijiet ta’ ċċekkjar u promozzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva u tal-monitoraġġ tal-effetti fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem.

2.  L-ispezzjonijiet għandhom jinkludu attivitajiet bħal żjarat tal-istallazzjonijiet tal-wiċċ, inklużi l-faċilitajiet ta’ injezzjoni, il-valutazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ injezzjoni u ta’ monitoraġġ imwettqa mill-operatur, u l-iċċekkjar tar-reġistri kollha rilevanti miżmuma mill-operatur.

3.  L-ispezzjonijiet ta’ rutina għandhom jitwettqu mill-inqas darba fis-sena sa tliet snin wara l-għeluq u kull ħames snin sa meta jseħħ it-trasferiment tar-responsabbiltà lill-awtorità kompetenti. Għandhom jeżaminaw il-faċilitajiet ta’ injezzjoni u ta’ monitoraġġ rilevanti kif ukoll il-firxa sħiħa tal-effetti rilevanti mill-kumpless tal-ħżin fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem.

4.  L-ispezzjonijiet mhux ta’ rutina għandhom jitwettqu:

(a) jekk l-awtorità kompetenti tkun ġiet innotifikata jew nġibditilha l-attenzjoni bi tnixxijiet jew b’irregolaritajiet sinifikanti taħt l-Artikolu 16(1);

(b) jekk ir-rapporti taħt l-Artikolu 14 ikunu wrew konformità mhux suffiċjenti mal-kundizzjonijiet tal-permess;

(c) biex jiġu investigati lmenti relatati mal-ambjent jew mas-saħħa tal-bniedem serji;

(d) f’sitwazzjonijiet oħra fejn l-awtorità kompetenti tqis dan xieraq.

5.  Wara kull spezzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tipprepara rapport dwar ir-riżultati tal-ispezzjoni. Ir-rapport għandu jevalwa l-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u jindika jekk hijiex meħtieġa jew le azzjoni oħra. Ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-operatur ikkonċernat u għandu jkun disponibbli pubblikament konformement mal-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti fi żmien xahrejn mill-ispezzjoni.

Artikolu 16 Il-miżuri f’każ ta’ tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti

Artikolu 16

Il-miżuri f’każ ta’ tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f’każ ta’ tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti, l-operatur jinnotifika immedjatament lill-awtorità kompetenti u jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa inklużi miżuri li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. Fil-każijiet ta’ tnixxijiet u rregolaritajiet sinifikanti li jimplikaw ir-riskju ta’ tnixxija, l-operatur għandu jinnotifika wkoll lill-awtorità kompetenti konformement mad-Direttiva 2003/87/KE.

2.  Il-miżuri korrettivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jittieħdu bħala minimu abbażi ta’ pjan ta’ miżuri korrettivi preżentat lill-awtorità kompetenti u approvat minnha taħt il-punt 7 tal-Artikolu 7 u taħt il-punt 6 tal-Artikolu 9;

3.  L-awtorità kompetenti tista’ f’kull ħin teħtieġ lill-operatur biex jieħu miżuri korrettivi meħtieġa kif ukoll il-miżuri relatati mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. Dawn jistgħu jkunu addizzjonali għal jew differenti minn dawk stabbiliti fil-pjan ta’ miżuri korrettivi. Hija tista’ wkoll fi kwalunkwe ħin tieħu miżuri korrettivi hija stess.

4.  Jekk l-operatur jonqos milli jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa hija stess.

5.  L-awtorità kompetenti għandha tirkupra l-ispejjeż imġarrba fir-rigward tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 3 u 4 mingħand l-operatur anke bl-użu tal-garanzija finanzjarja taħt l-Artikolu 19.

Artikolu 17 L-obbligazzjonijiet tal-għeluq u ta’ wara l-għeluq

Artikolu 17

L-obbligazzjonijiet tal-għeluq u ta’ wara l-għeluq

1.  Sit tal-ħżin għandu jingħalaq:

(a) jekk il-kundizzjonijiet rilevanti ddikjarati fil-permess jintlaħqu;

(b) fuq talba issostanzjata tal-operatur, wara awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti; jew

(c) jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi hekk wara l-irtirar ta’ permess għall-ħżin taħt l-Artikolu 11(3).

2.  Wara li sit tal-ħżin jingħalaq taħt il-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1, l-operatur jibqa’ responsabbli għall-monitoraġġ, għar-rappurtar, u għall-miżuri korrettivi konformement mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, u għall-obbligazzjonijiet kollha relatati maċ-ċediment tal-kwoti f’każ ta’ tnixxijiet taħt id-Direttiva 2003/87/KE u azzjonijiet preventivi u ta’ rimedju taħt l-Artikoli 5 sa 8 tad-Direttiva 2004/35/KE, sakemm ir-responsabbiltà għas-sit tal-ħżin tiġi trasferita lill-awtorità kompetenti taħt l-Artikolu 18(1) sa (5) ta’ din id-Direttiva. L-operatur għandu wkoll ikun responsabbli għall-issiġillar tas-sit tal-ħżin u t-tneħħija tal-faċilitajiet ta’ injezzjoni.

3.  L-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu sodisfatti fuq il-bażi ta’ pjan ta’ wara l-għeluq imfassal mill-operatur ibbażat fuq l-aħjar prattika u konformement mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Il-pjan provviżorju ta’ wara l-għeluq għandu jiġi preżentat lill-awtorità kompetenti u jiġi approvat minnha taħt il-punt 8 tal-Artikolu 7 u taħt il-punt 7 tal-Artikolu 9. Qabel l-għeluq ta’ sit tal-ħżin taħt il-punt (a) jew il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-pjan provviżorju ta’ wara l-għeluq għandu jkun:

(a) aġġornat kif meħtieġ, b’kont meħud tal-analiżi tar-riskju, l-aħjar prattika u t-titjib teknoloġiku;

(b) preżentat lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tagħha; u

(c) approvat mill-awtorità kompetenti bħala l-pjan ta’ wara l-għeluq definittiv.

4.  Wara li sit tal-ħżin jingħalaq taħt il-punt (c) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tkun responsabbli, għall-monitoraġġ, u l-miżuri korrettivi konformement mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva u għall-obbligazzjonijiet kollha relatati maċ-ċediment tal-kwoti fil-każ ta’ tnixxija taħt id-Direttiva 2003/87/KE u għall-azzjoni preventiva u ta’ rimedju taħt l-Artikolu 5(1) u 6(1) tad-Direttiva 2004/35/KE. Ir-rekwiżiti ta’ wara l-għeluq taħt din id-Direttiva għandhom jiġu sodisfatti mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi tal-pjan provviżorju ta’ wara l-għeluq imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, li għandu jkun aġġornat kif meħtieġ.

5.  L-awtorità kompetenti għandha tirkupra mingħand l-operatur l-ispejjeż magħmulin fir-rigward tal-miżuri msemmijin fil-paragrafu 4, anke bl-użu tas-sigurtà finanzjarja taħt l-Artikolu 19.

Artikolu 18 It-trasferiment tar-responsabbiltà

Artikolu 18

It-trasferiment tar-responsabbiltà

1.  Fejn sit tal-ħżin jingħalaq taħt il-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 17(1), l-obbligazzjonijiet legali kollha relatati mal-monitoraġġ u l-miżuri korrettivi taħt ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, iċ-ċediment tal-kwoti f’każijiet ta’ tnixxija taħt id-Direttiva 2003/87/KE u l-azzjoni preventiva u ta’ rimedju taħt l-Artikoli 5(1) u 6(1) tad-Direttiva 2004/35/KE, għandhom jiġu trasferiti lill-awtorità kompetenti fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba mill-operatur dment li l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu rrispettati:

(a) l-evidenza disponibbli kollha tindika li s-CO2 maħżun ser ikun kontenut kompletament u b’mod permanenti;

(b) perijodu minimu, li għandu jiġi determinat mill-awtorità kompetenti, ikun għadda. Dan il-perijodu minimu m’għandux ikun inqas minn 20 sena, sakemm il-awtorità kompetenti ma tkunx konvinta li l-kriterju msemmi fil-punt (a) ġie sodisfatt qabel tmiem dan il-perijodu;

(c) l-obbligi finanzjarji msemmija fl-Artikolu 20 jkunu ġew sodisfatti;

(d) is-sit ikun ġie ssiġġillat u l-faċilitajiet ta’ injezzjoni tneħħew.

2.  L-operatur għandu jħejji rapport li jiddokumenta li l-kondizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ġiet sodisfatta u għandu jippreżentah lill-awtorità kompetenti sabiex din tal-aħħar tapprova t-trasferiment tar-responsabbiltà. Dan ir-rapport għandu juri, mill-inqas:

(a) il-konformità bejn il-komportament reali tas-CO2 injettat u il-komportament mmudellat;

(b) in-nuqqas ta’ kwalunkwe tnixxija li tista’ tiġi rilevata;

(c) li s-sit għall-ħżin qed jevolvi lejn sitwazzjoni ta’ stabbiltà fit-tul.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida dwar il-valutazzjoni tal-kwistjonijiet imsemmija fis-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, filwaqt li tenfasizza fihom kwalunkwe implikazzjoni għall-kriterji tekniċi rilevanti għad-determinazzjoni tal-perijodi minimi msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

3.  Meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ikunu ntlaħqu, hija għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni ta’ approvazzjoni tat-trasferiment tar-responsabbiltà. L-abbozz tad-deċiżjoni għandu jispeċifika l-metodu għad-determinazzjoni li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ikunu ġew sodisfatti kif ukoll kwalunkwe rekwiżit aġġornat għall-issiġġillar tas-sit għall-ħżin u għat-tneħħija tal-faċilitajiet ta’ injezzjoni.

Jekk l-awtorità kompetenti tqis li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 mhumiex sodisfatti, hija għandha tinforma lill-operatur bir-raġunijiet tagħha.

4.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu r-rapporti msemmija fil-paragrafu 2 disponibbli għall-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta jkunu rċevewhom. Huma għandhom ukoll jagħmlu disponibbli materjal relatat ieħor li għandu jiġi meqjus mill-awtorità kompetenti meta din tħejji abbozz ta’ deċiżjoni ta’ approvazzjoni dwar it-trasferiment ta’ responsabbiltà. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-abbozzi tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni kollha mħejjija mill-awtorità kompetenti taħt il-paragrafu 3, inkluż kwalunkwe materjal ieħor meqjus biex tasal għall-konklużjoni tagħha. Fi żmien erba’ xhur wara li tirċievi l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ approvazzjoni, il-Kummissjoni tista’ toħroġ opinjoni mhux vinkolanti dwaru. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma toħroġx opinjoni, hija għandha tgħarraf lill-Istat Membru fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-abbozz tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni u tagħti r-raġunijiet tagħha għal dan.

5.  Meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 ġew sodisfatti, hija għandha tadotta d-deċiżjoni finali u tinnotifika dik id-deċiżjoni lill-operatur L-awtorità kompetenti għandha wkoll tinnotifika d-deċiżjoni finali lill-Kummissjoni, filwaqt li tistqarr ir-raġunijiet tagħha fejn tkun differenti mill-opinjoni tal-Kummissjoni.

6.  Wara t-trasferiment tar-responsabbiltà l-ispezzjonijiet ta’ rutina previsti fl-Artikolu 15(3) għandhom jieqfu u, il-monitoraġġ jista’ jitnaqqas għal livell li jippermetti li jinstabui tnixxiji jew irregolaritajiet sinifikanti. Jekk jinstabu kwalunkwe tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti, il-monitoraġġ għandu jiġi intensifikat kif meħtieġ biex jevalwa l-kobor tal-problema u l-effikaċja ta’ miżuri korrettivi.

7.  F’każijiet fejn kien hemm nuqqas min-naħa tal-operatur, inklużi każijiet ta’ data mhix tajba biżżejjed, ħabi ta’ tagħrif rilevanti, negliġenza, ingann bi ħsieb jew nuqqas fl-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta, l-awtorità kompetenti għandha tirkupra mingħand l-operatur preċedenti l-ispejjeż imġarrba wara li jkun seħħ it-trasferiment tar-responsabbiltà. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, ma għandu jkun hemm l-ebda rkupru ieħor tal-ispejjeż preċedenti wara t-trasferiment tar-responsabbiltà.

8.  Fejn sit tal-ħżin jingħalaq taħt il-punt (c) tal-Artikolu 17(1), it-trasferiment tar-responsabbiltà għandha titqies li seħħet jekk u meta l-evidenza kollha disponibbli tkun tindika li s-CO2 maħżun se jkun kompletament u permanentement konfinat, u wara li s-sit ikun ġie issiġillat u l-faċilitajiet ta’ injezzjoni jkunu ġew imneħħija.

Artikolu 19 Il-garanzija finanzjarja

Artikolu 19

Il-garanzija finanzjarja

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tingħata prova li jistgħu jkunu stabbiliti dispożizzjonijiet adegwati, bħala garanzija finanzjarja jew kwalunkwe mezz ekwivalenti ieħor, fuq il-bażi ta’ arranġamenti li għandhom jiġu deċiżi mill-Istati Membri, hija ppreżentata mill-operatur potenzjali bħala parti mill-applikazzjoni għall-permess għall-ħżin. Dan sabiex jiġi żgurat li l-obbligazzjonijiet kollha li jirriżultaw taħt il-permess maħruġ taħt din id-Direttiva, inklużi rekwiżiti tal-għeluq u ta’ wara l-għeluq, kif ukoll kwalunkwe obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-inklużjoni tas-siti għall-ħżin taħt id-Direttiva 2003/87/KE jistgħu jintlaħqu. Din is-sigurtà finanzjarja għandha tkun valida u effettiva qabel il-bidu tal-injezzjoni.

2.  Il-garanzija finanzjarja għandha tiġi aġġustata perjodikament biex jittieħed kont tat-tibdil għar-riskju valutat ta’ tnixxija u l-ispejjeż stmati tal-obbligazzjonijiet kollha li jirriżultaw taħt il-permess maħruġ taħt din id-Direttiva, inkluża kwalunkwe obbligazzjoni li tirriżulta mill-inklużjoni tas-sit għall-ħżin taħt id-Direttiva 2003/87/KE.

3.  Il-garanzija finanzjarja jew kwalunkwe mezz ekwivalenti ieħor imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom tibqa’ valida u effettiva:

(a) wara li sit tal-ħżin jingħalaq taħt il-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 17(1), sakemm ir-responsabbiltà għas-sit tal-ħżin tiġi trasferita lill-awtorità kompetenti taħt l-Artikolu 18(1) sa (5);

(b) wara l-irtirar ta’ permess għall-ħżin taħt l-Artikolu 11(3):

(i) sakemm jinħareġ permess għall-ħżin ġdid;

(ii) fejn is-sit jingħalaq taħt il-punt (c) tal-Artikolu 17(1), sa meta jsir it-trasferiment tar-responsabbiltà taħt l-Artikolu 18(8), dment li l-obbligi finanzjarji msemmija fl-Artikolu 20 jkunu ntlaħqu.

Artikolu 20 Mekkaniżmu finanzjarju

Artikolu 20

Mekkaniżmu finanzjarju

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur, abbażi tal-arranġamenti dettaljati li għandhom ikunu deċiżi mill-Istati Membri, iqiegħed kontribuzzjoni finanzjarja għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti qabel ma jkun sar it-trasferiment tar-responsabbiltà taħt l-Artikolu 18. Il-kontribuzzjoni mill-operatur għandha tqis dawk il-kriterji msemmija fl-Anness I u l-elementi li għandhom x’jaqsmu ir-rekord tal-ħżin tas-CO2 rilevanti biex ikunu determinati l-obbligi ta’ wara t-trasferiment, u għandha tkopri mill-inqas l-ispiża antiċipata ta’ monitoraġġ għal perijodu ta’ 30 sena. Din il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tintuża biex tkopri l-ispejjeż imġarrba mill-awtorità kompetenti wara t-trasferiment tar-responsabbiltà sabiex ikun żgurat li s-CO2 ikun kontenut kompletament b’mod permanenti u f’siti għall-ħżin ġeoloġiku wara t-trasferiment tar-responsabbiltà.

2.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida għall-istima tal-ispejjeż imsemmija fl-ewwel paragrafu li għandhom ikunu żviluppati f’konsultazzjoni mal-Istati Membri bil-ħsieb li tkun żgurata t-trasparenza u l-prevedibbiltà għall-operaturi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0031
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.