|
+Artikolu 16 Il-miżuri f’każ ta’ tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti ---+Article 16 1. ---+Article 16 2. ---+Article 16 3. ---+Article 16 4. ---+Article 16 5. |
Artikolu 16 Il-miżuri f’każ ta’ tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikantiArtikolu 16 Il-miżuri f’każ ta’ tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f’każ ta’ tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti, l-operatur jinnotifika immedjatament lill-awtorità kompetenti u jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa inklużi miżuri li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. Fil-każijiet ta’ tnixxijiet u rregolaritajiet sinifikanti li jimplikaw ir-riskju ta’ tnixxija, l-operatur għandu jinnotifika wkoll lill-awtorità kompetenti konformement mad-Direttiva 2003/87/KE. 2. Il-miżuri korrettivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jittieħdu bħala minimu abbażi ta’ pjan ta’ miżuri korrettivi preżentat lill-awtorità kompetenti u approvat minnha taħt il-punt 7 tal-Artikolu 7 u taħt il-punt 6 tal-Artikolu 9; 3. L-awtorità kompetenti tista’ f’kull ħin teħtieġ lill-operatur biex jieħu miżuri korrettivi meħtieġa kif ukoll il-miżuri relatati mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. Dawn jistgħu jkunu addizzjonali għal jew differenti minn dawk stabbiliti fil-pjan ta’ miżuri korrettivi. Hija tista’ wkoll fi kwalunkwe ħin tieħu miżuri korrettivi hija stess. 4. Jekk l-operatur jonqos milli jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa hija stess. 5. L-awtorità kompetenti għandha tirkupra l-ispejjeż imġarrba fir-rigward tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 3 u 4 mingħand l-operatur anke bl-użu tal-garanzija finanzjarja taħt l-Artikolu 19. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|