|
+Artikolu 3 Definizzjonijiet |
Artikolu 3 DefinizzjonijietArtikolu 3 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (1) “installazzjoni nukleari” tfisser: (a) impjant nukleari, impjant ta' arrikkiment, impjant ta' manifattura ta' karburant nukleari, impjant ta' riproċessar, faċilità ta' reattur ta' riċerka, faċilità għall-ħżin ta' karburant użat; u (b) faċilitajiet għall-ħżin għal skart radjuattiv li huma fuq l-istess sit u huma relatati direttament mal-installazzjonijiet nukleari elenkati taħt il-punt (a). (2) “sigurtà nukleari” tfisser il-ksib ta’ kondizzjonijiet operattivi adatti, il-prevenzjoni ta’ aċċidenti u t-tnaqqis ta’ konsegwenzi tal-aċċidenti, li jirriżultaw fil-ħarsien tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali minn perikli minn radjazzjonijiet jonizzanti minn installazzjonijiet nukleari. (3) “awtorità regolatorja kompetenti” tfisser awtorità jew sistema ta’ awtoritajiet maħtura fi Stat Membru fil-qasam tar-regolazzjoni tas-sigurtà nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari kif imsemmi fl-Artikolu 5; (4) “liċenzja” tfisser kull dokument legali mogħti taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru biex tingħata r-responsabbiltà għall-għażla tas-sit, il-proġettazzjoni, il-kostruzzjoni, l-ikkommissjonar u -operat jew id-dekommissjonar ta’ installazzjoni nukleari; (5) “detentur ta’ liċenzja” tfisser persuna ġuridika jew fiżika li jkollha responsabbiltà ġenerali għall-installazzjoni nukleari kif speċifikat f’liċenzja; (6) “inċident” tfisser kwalunkwe avveniment mhux intenzjonat, li l-konsegwenzi jew il-konsegwenzi potenzjali tiegħu jkunu sinifikanti mill-perspettiva tal-protezzjoni mir-radjazzjoni jew tas-sikurezza nukleari; (7) “aċċident” tfisser kwalunkwe avveniment mhux intenzjonat, li l-konsegwenzi jew il-konsegwenzi potenzjali tiegħu ma jkunux negliġibbli mill-perspettiva tal-protezzjoni mir-radjazzjoni jew is-sikurezza nukleari; (8) “operazzjonijiet abnormali” tfisser proċess operazzjonali li jiddevja mill-operat normali li huwa mistenni li jseħħ mill-inqas darba waqt iċ-ċiklu ta' ħajja operattiva ta' faċilità iżda li, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet xierqa dwar id-disinn, ma jikkawża ebda ħsara sinifikanti lil oġġetti importanti għas-sikurezza u ma jwassalx għal kundizzjonijiet ta' inċident; (9) “bażi ta' disinn” tfisser il-firxa ta' kundizzjonijiet u avvenimenti kkunsidrati b'mod espliċitu fid-disinn, inkluż kwalunkwe titjib, ta' installazzjoni nukleari, skont kriterji stabbiliti, b'mod li l-installazzjoni tkun tista' tiflaħ għalihom mingħajr ma taqbeż il-limiti awtorizzati bit-tħaddim ippjanat tas-sistemi ta' sikurezza; (10) “inċident fuq bażi ta' disinn” tfisser kundizzjonijiet ta' inċident li installazzjoni nukleari tkun imfassla abbażi tagħhom skont kriterji stabbiliti tad-disinn, u li għalihom il-ħsara lill-fjuwil, fejn applikabbli, u r-rilaxx ta' materjal radjuattiv jinżammu fil-limiti awtorizzati; (11) “kundizzjonijiet serji” tfisser kundizzjonijiet li huma aktar serji minn kundizzjonijiet marbutin ma' inċidenti fuq bażi ta' disinn; tali kundizzjonijiet jistgħu jkunu kkawżati minn diversi fallimenti, bħat-telf totali tal-partijiet kollha ta' sistema ta' sikurezza, jew minn avveniment estremament improbabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|