+KAPITOLU 1 OBJETTIVI, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
---+Artikolu 1 Objettivi
---+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
------+Article 2 1.
------+Article 2 2.
------+Article 2 3.
---+Artikolu 3 Definizzjonijiet

KAPITOLU 1 OBJETTIVI, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

KAPITOLU 1 OBJETTIVI, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Objettivi

Artikolu 1

Objettivi

L-objettivi ta’ din id-Direttiva huma:

(a) li jiġi stabbilit qafas Komunitarju sabiex jinżamm u jiġi promoss it-titjib kontinwu tas-sigurtà nukleari u r-regolamentazzjoni tagħha;

(b) li jiġi żgurat li l-Istati Membri għandhom jipprovdu arranġamenti nazzjonali adatti għal livell għoli ta’ sigurtà nukleari għall-ħarsien tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jirriżultaw minn radjazzjonijiet jonizzanti minn installazzjonijiet nukleari.

Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

▼M1

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għal kull installazzjoni nukleari ċivili soġġetta għal liċenzja.

▼B

2.  Din id-Direttiva ma tostakolax lill-Istati Membri milli jieħdu miżuri ta’ sigurtà aktar stretti fil-qasam kopert b’din id-Direttiva, f’konformità mal-liġi Komunitarja.

▼M1

3.  Din id-Direttiva tissupplimenta l-istandards bażiċi msemmijin fl-Artikolu 30 tat-Trattat fir-rigward tas-sikurezza nukleari tal-installazzjonijiet nukleari u hija mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni Komunitarja eżistenti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jirriżultaw mir-radjazzjoni jonizzanti, u b'mod partikolari d-Direttiva 2013/59/Euratom ( 11 ).

▼B

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “installazzjoni nukleari” tfisser:

▼M1

(a) impjant nukleari, impjant ta' arrikkiment, impjant ta' manifattura ta' karburant nukleari, impjant ta' riproċessar, faċilità ta' reattur ta' riċerka, faċilità għall-ħżin ta' karburant użat; u

▼B

(b) faċilitajiet għall-ħżin għal skart radjuattiv li huma fuq l-istess sit u huma relatati direttament mal-installazzjonijiet nukleari elenkati taħt il-punt (a).

(2) “sigurtà nukleari” tfisser il-ksib ta’ kondizzjonijiet operattivi adatti, il-prevenzjoni ta’ aċċidenti u t-tnaqqis ta’ konsegwenzi tal-aċċidenti, li jirriżultaw fil-ħarsien tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali minn perikli minn radjazzjonijiet jonizzanti minn installazzjonijiet nukleari.

(3) “awtorità regolatorja kompetenti” tfisser awtorità jew sistema ta’ awtoritajiet maħtura fi Stat Membru fil-qasam tar-regolazzjoni tas-sigurtà nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari kif imsemmi fl-Artikolu 5;

(4) “liċenzja” tfisser kull dokument legali mogħti taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru biex tingħata r-responsabbiltà għall-għażla tas-sit, il-proġettazzjoni, il-kostruzzjoni, l-ikkommissjonar u -operat jew id-dekommissjonar ta’ installazzjoni nukleari;

(5) “detentur ta’ liċenzja” tfisser persuna ġuridika jew fiżika li jkollha responsabbiltà ġenerali għall-installazzjoni nukleari kif speċifikat f’liċenzja;

▼M1

(6) “inċident” tfisser kwalunkwe avveniment mhux intenzjonat, li l-konsegwenzi jew il-konsegwenzi potenzjali tiegħu jkunu sinifikanti mill-perspettiva tal-protezzjoni mir-radjazzjoni jew tas-sikurezza nukleari;

(7) “aċċident” tfisser kwalunkwe avveniment mhux intenzjonat, li l-konsegwenzi jew il-konsegwenzi potenzjali tiegħu ma jkunux negliġibbli mill-perspettiva tal-protezzjoni mir-radjazzjoni jew is-sikurezza nukleari;

(8) “operazzjonijiet abnormali” tfisser proċess operazzjonali li jiddevja mill-operat normali li huwa mistenni li jseħħ mill-inqas darba waqt iċ-ċiklu ta' ħajja operattiva ta' faċilità iżda li, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet xierqa dwar id-disinn, ma jikkawża ebda ħsara sinifikanti lil oġġetti importanti għas-sikurezza u ma jwassalx għal kundizzjonijiet ta' inċident;

(9) “bażi ta' disinn” tfisser il-firxa ta' kundizzjonijiet u avvenimenti kkunsidrati b'mod espliċitu fid-disinn, inkluż kwalunkwe titjib, ta' installazzjoni nukleari, skont kriterji stabbiliti, b'mod li l-installazzjoni tkun tista' tiflaħ għalihom mingħajr ma taqbeż il-limiti awtorizzati bit-tħaddim ippjanat tas-sistemi ta' sikurezza;

(10) “inċident fuq bażi ta' disinn” tfisser kundizzjonijiet ta' inċident li installazzjoni nukleari tkun imfassla abbażi tagħhom skont kriterji stabbiliti tad-disinn, u li għalihom il-ħsara lill-fjuwil, fejn applikabbli, u r-rilaxx ta' materjal radjuattiv jinżammu fil-limiti awtorizzati;

(11) “kundizzjonijiet serji” tfisser kundizzjonijiet li huma aktar serji minn kundizzjonijiet marbutin ma' inċidenti fuq bażi ta' disinn; tali kundizzjonijiet jistgħu jkunu kkawżati minn diversi fallimenti, bħat-telf totali tal-partijiet kollha ta' sistema ta' sikurezza, jew minn avveniment estremament improbabbli.

▼B

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.08.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0071
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.