|
+Artikolu 9 1. |
Artikolu 9 1.Mingħajr preġudizzju għal xi garanziji ogħla li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, kull Stat Membru għandu jesiġi li l-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tkun obbligatorja fir-rigward tal-ammonti minimi li ġejjin:
(a)
għal korrimenti personali: EUR 6 450 000 għal kull inċident, irrispettivament mill-għadd ta’ partijiet li jkunu sofrew ħsara, jew EUR 1 300 000 għal kull parti li tkun sofriet ħsara;
(b)
għal ħsara lill-proprjetà, EUR 1 300 000 għal kull inċident, irrispettivament mill-għadd ta’ partijiet li jkunu sofrew ħsara. Għall-Istati Membri li ma adottawx il-euro, l-ammonti minimi għandhom jiġu maqluba fil-munita nazzjonali tagħhom billi tiġi applikata r-rata tal-kambju tat-22 ta’ Diċembru 2021 ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|