+Artikolu 9 Ammonti minimi
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.

Artikolu 9 Ammonti minimi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.

Mingħajr preġudizzju għal xi garanziji ogħla li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, kull Stat Membru għandu jesiġi li l-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tkun obbligatorja fir-rigward tal-ammonti minimi li ġejjin:

(a) 

għal korrimenti personali: EUR 6 450 000 għal kull inċident, irrispettivament mill-għadd ta’ partijiet li jkunu sofrew ħsara, jew EUR 1 300 000 għal kull parti li tkun sofriet ħsara;

(b) 

għal ħsara lill-proprjetà, EUR 1 300 000 għal kull inċident, irrispettivament mill-għadd ta’ partijiet li jkunu sofrew ħsara.

Għall-Istati Membri li ma adottawx il-euro, l-ammonti minimi għandhom jiġu maqluba fil-munita nazzjonali tagħhom billi tiġi applikata r-rata tal-kambju tat-22 ta’ Diċembru 2021 ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9 2.
Kull ħames snin mit-22 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 skont l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur (HICP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2016/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 28b fir-rigward tal-adattament ta’ dawk l-ammonti għall-HICP fi żmien sitt xhur wara t-tmiem ta’ kull perijodu ta’ ħames snin.

Għall-Istati Membri li ma adottawx il-euro, l-ammonti minimi għandhom jiġu maqluba għall-munita nazzjonali tagħhom billi tiġi applikata r-rata tal-kambju fid-data tal-kalkolu tal-ammonti minimi ġodda ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 23.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0103
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.