+Artikolu 15 Vettura mibgħuta minn Stat Membru għal ieħor
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.

Artikolu 15 Vettura mibgħuta minn Stat Membru għal ieħor

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.
B’deroga mill-Artikolu 13, punt (13)(b), tad-Direttiva 2009/138/KE, meta vettura tintbagħat minn Stat Membru għal ieħor, l-Istat Membru li fih ikun jinsab ir-riskju għandu jiġi kkunsidrat, skont l-għażla tal-persuna responsabbli għall-kopertura ta’ responsabbiltà ċivili, li huwa jew l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni jew, minnufih wara l-aċċettazzjoni ta’ kunsinna mix-xerrej, l-Istat Membru ta’ destinazzjoni, għal perijodu ta’ 30 ġurnata, anke jekk il-vettura ma tkunx ġiet irreġistrata uffiċjalment fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċentri ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istat Membru fejn il-vettura tkun irreġistrata, tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni, meta jkun differenti, u ta’ kwalunkwe Stat Membru rilevanti ieħor, bħall-Istat Membru fejn ikun seħħ inċident, jew fejn parti li tkun sofriet ħsara tirrisjedi, jikkooperaw ma’ xulxin biex jiżguraw li l-informazzjoni meħtieġa dwar il-vettura mibgħuta li huma jkollhom f’konformità mal-Artikolu 23 tkun disponibbli.

Artikolu 15 2.
Fil-każ li l-vettura hi involuta f’inċident matul il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu meta ma kinitx assigurata, il-korp imsemmi fl-Artikolu 10(1) fl-Istat Membru destinatarju għandu jkun responsabbli għall-kumpens previst fl-Artikolu 9.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 23.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0103
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.