|
+Artikolu 16 Dikjarazzjoni rigward pretensjonijiet ta’ responsabbiltà ċivili |
Artikolu 16 Dikjarazzjoni rigward pretensjonijiet ta’ responsabbiltà ċiviliArtikolu 16 Dikjarazzjoni rigward pretensjonijiet ta’ responsabbiltà ċivili L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detentur tal-assigurazzjoni għandu d-dritt li jitlob fi kwalunkwe ħin dikjarazzjoni dwar il-pretensjonijiet ta’ responsabbiltà ċivili li tinvolvi l-vettura jew il-vetturi koperti mill-kuntratt ta’ assigurazzjoni matul il-ħames snin preċedenti tar-relazzjoni kuntrattwali, jew dwar in-nuqqas ta’ tali pretensjonijiet (“dikjarazzjoni dwar il-pretensjonijiet preċedenti”). L-impriża ta’ assigurazzjoni, jew il-korp li setgħa ġie maħtur mill-Istat Membru biex jipprovdi assigurazzjoni obbligatorja jew li jipprovdi tali dikjarazzjonijiet, għandhom jipprovdu dik id-dikjarazzjoni dwar il-pretensjonijiet preċedenti lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni fi żmien 15-il jum mit-talba. Huma għandhom jagħmlu dan billi jużaw il-formola tad-dikjarazzjoni ta’ pretensjonijiet preċedenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jkunu qegħdin jikkunsidraw id-dikjarazzjonijiet ta’ pretensjonijiet preċedenti maħruġa minn impriżi tal-assigurazzjoni oħra jew korpi oħra kif imsemmi fit-tieni subparagrafu, l-impriżi tal-assigurazzjoni ma jittrattawx lid-detenturi tal-poloz tal-assigurazzjoni b’mod diskriminatorju jew iżommu żżejjed fuq il-primjums tagħhom minħabba n-nazzjonalità tagħhom jew fuq il-bażi tal-Istat Membru ta’ residenza preċedenti tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta impriża tal-assigurazzjoni tikkunsidra d-dikjarazzjonijiet ta’ pretensjonijiet preċedenti meta tiddetermina l-primjums, għandha tittratta dawk maħruġa fi Stati Membri oħra bħala ugwali għal dawk maħruġa minn impriża tal-assigurazzjoni jew korpi kif imsemmija fit-tieni paragrafu fl-istess Stat Membru, inkluż meta jiġu applikati xi skontijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni jippubblikaw deskrizzjoni ġenerali tal-politiki tagħhom fir-rigward tal-użu tad-dikjarazzjonijiet ta’ pretensjonijiet preċedenti fil-kalkolu tal-primjums. Il-Kummissjoni għandha tadotta sat-23 ta’ Lulju 2023 atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw permezz ta’ mudell, il-forma u l-kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ pretensjonijiet preċedenti msemmija fit-tieni paragrafu. Dak il-mudell għandu jkun fih informazzjoni dwar dan li ġej:
(a)
l-identità tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tal-korp li ħarġu d-dikjarazzjoni ta’ pretensjonijiet preċedenti;
(b)
l-identità tad-detentur tal-polza, inkluża l-informazzjoni ta’ kuntatt tiegħu;
(c)
il-vettura assigurata u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura tagħha;
(d)
id-data tal-bidu u d-data tat-tmiem tal-kopertura tal-assigurazzjoni tal-vettura;
(e)
l-għadd ta’ pretensjonijiet ta’ responsabbiltà ċivili saldati skont il-kuntratt tal-assigurazzjoni tad-detentur tal-polza matul il-perijodu kopert mid-dikjarazzjoni ta’ pretensjonijiet preċedenti, inkluża d-data ta’ kull pretensjoni;
(f)
informazzjoni addizzjonali rilevanti skont ir-regoli jew il-prattiki applikabbli fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati kollha u taħdem mill-qrib mal-Istati Membri qabel ma tadotta dawk l-atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 28a(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|