+KAPITOLU 6 STQARRIJA, EĊĊESS, AZZJONI DIRETTA
---+Artikolu 16 Dikjarazzjoni rigward pretensjonijiet ta’ responsabbiltà ċivili
---+Artikolu 16a Għodod għat-tqabbil tal-prezzijiet tal-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur
------+Artikolu 16a 1.
------+Artikolu 16a 2.
---+Artikolu 17 Eċċess
---+Artikolu 18 Dritt ta’ azzjoni diretta

KAPITOLU 6 STQARRIJA, EĊĊESS, AZZJONI DIRETTA

KAPITOLU 6 STQARRIJA, EĊĊESS, AZZJONI DIRETTA

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 Dikjarazzjoni rigward pretensjonijiet ta’ responsabbiltà ċivili

Artikolu 16

Dikjarazzjoni rigward pretensjonijiet ta’ responsabbiltà ċivili

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detentur tal-assigurazzjoni għandu d-dritt li jitlob fi kwalunkwe ħin dikjarazzjoni dwar il-pretensjonijiet ta’ responsabbiltà ċivili li tinvolvi l-vettura jew il-vetturi koperti mill-kuntratt ta’ assigurazzjoni matul il-ħames snin preċedenti tar-relazzjoni kuntrattwali, jew dwar in-nuqqas ta’ tali pretensjonijiet (“dikjarazzjoni dwar il-pretensjonijiet preċedenti”).

L-impriża ta’ assigurazzjoni, jew il-korp li setgħa ġie maħtur mill-Istat Membru biex jipprovdi assigurazzjoni obbligatorja jew li jipprovdi tali dikjarazzjonijiet, għandhom jipprovdu dik id-dikjarazzjoni dwar il-pretensjonijiet preċedenti lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni fi żmien 15-il jum mit-talba. Huma għandhom jagħmlu dan billi jużaw il-formola tad-dikjarazzjoni ta’ pretensjonijiet preċedenti.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jkunu qegħdin jikkunsidraw id-dikjarazzjonijiet ta’ pretensjonijiet preċedenti maħruġa minn impriżi tal-assigurazzjoni oħra jew korpi oħra kif imsemmi fit-tieni subparagrafu, l-impriżi tal-assigurazzjoni ma jittrattawx lid-detenturi tal-poloz tal-assigurazzjoni b’mod diskriminatorju jew iżommu żżejjed fuq il-primjums tagħhom minħabba n-nazzjonalità tagħhom jew fuq il-bażi tal-Istat Membru ta’ residenza preċedenti tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta impriża tal-assigurazzjoni tikkunsidra d-dikjarazzjonijiet ta’ pretensjonijiet preċedenti meta tiddetermina l-primjums, għandha tittratta dawk maħruġa fi Stati Membri oħra bħala ugwali għal dawk maħruġa minn impriża tal-assigurazzjoni jew korpi kif imsemmija fit-tieni paragrafu fl-istess Stat Membru, inkluż meta jiġu applikati xi skontijiet.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni jippubblikaw deskrizzjoni ġenerali tal-politiki tagħhom fir-rigward tal-użu tad-dikjarazzjonijiet ta’ pretensjonijiet preċedenti fil-kalkolu tal-primjums.

Il-Kummissjoni għandha tadotta sat-23 ta’ Lulju 2023 atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw permezz ta’ mudell, il-forma u l-kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ pretensjonijiet preċedenti msemmija fit-tieni paragrafu. Dak il-mudell għandu jkun fih informazzjoni dwar dan li ġej:

(a) 

l-identità tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tal-korp li ħarġu d-dikjarazzjoni ta’ pretensjonijiet preċedenti;

(b) 

l-identità tad-detentur tal-polza, inkluża l-informazzjoni ta’ kuntatt tiegħu;

(c) 

il-vettura assigurata u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura tagħha;

(d) 

id-data tal-bidu u d-data tat-tmiem tal-kopertura tal-assigurazzjoni tal-vettura;

(e) 

l-għadd ta’ pretensjonijiet ta’ responsabbiltà ċivili saldati skont il-kuntratt tal-assigurazzjoni tad-detentur tal-polza matul il-perijodu kopert mid-dikjarazzjoni ta’ pretensjonijiet preċedenti, inkluża d-data ta’ kull pretensjoni;

(f) 

informazzjoni addizzjonali rilevanti skont ir-regoli jew il-prattiki applikabbli fl-Istati Membri.

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati kollha u taħdem mill-qrib mal-Istati Membri qabel ma tadotta dawk l-atti ta’ implimentazzjoni.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 28a(2).

Artikolu 16a Għodod għat-tqabbil tal-prezzijiet tal-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur
Artikolu 17 Eċċess

Artikolu 17

Eċċess

L-impriżi ta’ assigurazzjoni m’għandhomx jeħtieġu lil xi parti li tkun sofriet ħsara f’inċident li jġorr xi eċċess safejn tikkonċerna l-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 18 Dritt ta’ azzjoni diretta

Artikolu 18

Dritt ta’ azzjoni diretta

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet li jkunu sofrew ħsara f’inċidenti kkawżati minn vettura koperta mill-assigurazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3 għandhom dritt ta’ azzjoni diretta kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni li tkopri l-persuna responsabbli kontra responsabbiltà ċivili.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 23.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0103
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.