+Artikolu 16a Għodod għat-tqabbil tal-prezzijiet tal-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur
---+Artikolu 16a 1.
---+Artikolu 16a 2.
|
Artikolu 16a Għodod għat-tqabbil tal-prezzijiet tal-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16a 1.
|
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jiċċertifikaw għodod li jippermettu lill-konsumaturi biex, mingħajr ħlas, iqabblu l-prezzijiet, it-tariffi u l-kopertura bejn il-fornituri ta’ assigurazzjoni obbligatorja msemmija fl-Artikolu 3 bħala “għodod indipendenti għat-tqabbil tal-prezzijiet tal-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur” jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 16a 2.
|
L-għodda ta’ tqabbil fis-sens tal-paragrafu 1 għandha:
(a)
topera b’mod indipendenti mill-fornituri tal-assigurazzjoni obbligatorja msemmija fl-Artikolu 3 u tiżgura li l-fornituri tas-servizzi jingħataw trattament ugwali fir-riżultati tat-tfittxija;
(b)
tiżvela b’mod ċar l-identità tas-sidien u l-operaturi tal-għodda ta’ tqabbil;
(c)
tistabbilixxi l-kriterji ċari u oġġettivi li fuqhom ikun ibbażat it-tqabbil;
(d)
tuża lingwaġġ ċar u mhux ambigwu;
(e)
tipprovdi informazzjoni eżatta u aġġornata u tiddikjara l-ħin tal-aħħar aġġornament;
(f)
tkun disponibbli għal kwalunkwe fornitur tal-assigurazzjoni obbligatorja msemmija fl-Artikolu 3, tagħmel l-informazzjoni rilevanti disponibbli, tinkludi firxa wiesgħa ta’ offerti li jkopru parti sinifikanti mis-suq tal-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u, meta l-informazzjoni ppreżentata ma tagħtix stampa sħiħa ta’ dak is-suq, tipprovdi lill-utent b’dikjarazzjoni ċara li tgħid hekk, qabel ma jintwerew ir-riżultati;
(g)
tipprovdi proċedura effettiva għar-rapportar ta’ informazzjoni żbaljata;
(h)
tinkludi dikjarazzjoni li l-prezzijiet huma bbażati fuq l-informazzjoni pprovduta u mhumiex vinkolanti għall-fornituri tal-assigurazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0103
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|