+Artikolu 25a Il-protezzjoni ta’ partijiet li jkunu sofrew ħsara fir-rigward ta’ ħsara li tirriżulta minn inċidenti li jseħħu fi Stat Membru għajr l-Istat Membru ta’ residenza tagħhom fil-każ tal-insolvenza ta’ impriża tal-assigurazzjoni
---+Artikolu 25a 1.
---+Artikolu 25a 2.
---+Artikolu 25a 3.
---+Artikolu 25a 4.
---+Artikolu 25a 5.
---+Artikolu 25a 6.
---+Artikolu 25a 7.
---+Artikolu 25a 8.
---+Artikolu 25a 9.
---+Artikolu 25a 10.
---+Artikolu 25a 11.
---+Artikolu 25a 12.
---+Artikolu 25a 13.
|
Artikolu 25a Il-protezzjoni ta’ partijiet li jkunu sofrew ħsara fir-rigward ta’ ħsara li tirriżulta minn inċidenti li jseħħu fi Stat Membru għajr l-Istat Membru ta’ residenza tagħhom fil-każ tal-insolvenza ta’ impriża tal-assigurazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25a 1.
|
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jawtorizza korp inkarigat biex jipprovdi kumpens lill-partijiet li jkunu sofrew ħsara residenti fit-territorju tiegħu, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 20(1), mill-inqas fil-limiti tal-obbligu tal-assigurazzjoni, għal ħsara lill-proprjetà jew korriment personali kkawżati minn vettura assigurata minn impriża tal-assigurazzjoni, mill-mument meta:
(a)
l-impriża tal-assigurazzjoni tkun soġġetta għal proċeduri ta’ falliment; jew
(b)
l-impriża tal-assigurazzjoni tkun soġġetta għal proċeduri ta’ stralċ kif definiti fl-Artikolu 268(1), punt (d), tad-Direttiva 2009/138/KE.
|
|
Artikolu 25a 2.
|
Kull Stat Membru għandu jieħu miżuri xierqa biex jiżgura li l-korp imsemmi fil-paragrafu 1 ikollu fondi suffiċjenti disponibbli biex jikkumpensa lill-partijiet li jkunu sofrew ħsara skont ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 10 meta ħlasijiet ta’ kumpens ikunu dovuti f’sitwazzjonijiet previsti fil-paragrafu 1, punti (a) u (b). Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu rekwiżiti biex isiru kontribuzzjonijiet finanzjarji, dment li dawn ikunu imposti biss fuq impriżi tal-assigurazzjoni li jkunu ġew awtorizzati mill-Istat Membru li jimponihom.
|
|
Artikolu 25a 3.
|
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu fl-ambitu tal-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE, kull Stat Membru għandu jiżgura li, kull meta tinħareġ inġunzjoni jew tittieħed deċiżjoni minn qorti kompetenti jew kwalunkwe awtorità kompetenti oħra biex jinbdew il-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1, punt (a) jew (b), fir-rigward ta’ impriża tal-assigurazzjoni li dak l-Istat Membru jkun l-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha, dik l-inġunzjoni jew dik id-deċiżjoni ssir pubblika. Il-korp imsemmi fil-paragrafu 1 stabbilit fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża tal-assigurazzjoni għandu jiżgura li l-korpi kollha msemmija fil-paragrafu 1 u l-korpi ta’ kumpens kollha msemmija fl-Artikolu 24 fl-Istati Membri kollha jkunu infurmati fil-pront dwar dik l-inġunzjoni jew deċiżjoni.
|
|
Artikolu 25a 4.
|
Il-parti li tkun sofriet ħsara tista’ tippreżenta pretensjoni direttament lill-korp imsemmi fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 25a 5.
|
Malli jirċievi l-pretensjoni, il-korp imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinforma lill-korp ekwivalenti fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża tal-assigurazzjoni, lill-korp ta’ kumpens skont l-Artikolu 24 fl-Istat Membru ta’ residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara u lill-impriża tal-assigurazzjoni soġġetta għal proċeduri ta’ falliment jew stralċ, jew l-amministratur jew l-istralċarju tagħha, kif definit fl-Artikolu 268(1), punti (e) u (f), tad-Direttiva 2009/138/KE, rispettivament, li jkun irċieva pretensjoni mill-parti li tkun sofriet ħsara.
|
|
Artikolu 25a 6.
|
L-impriża tal-assigurazzjoni soġġetta għal proċeduri ta’ falliment jew stralċ, jew l-amministratur jew l-istralċarju tagħha, skont il-każ, għandhom jinformaw lill-korp imsemmi fil-paragrafu 1 meta jikkumpensaw jew jiċħdu r-responsabbiltà fir-rigward ta’ pretensjoni li tkun ġiet riċevuta wkoll mill-korp imsemmi fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 25a 7.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp imsemmi fil-paragrafu 1, abbażi inter alia ta’ informazzjoni pprovduta fuq talba tiegħu mill-parti li tkun sofriet ħsara, jipprovdi lill-parti li tkun sofriet ħsara b’offerta ta’ kumpens motivata jew tweġiba motivata kif previst fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, fi żmien tliet xhur mid-data meta l-parti li tkun sofriet ħsara ppreżentat il-pretensjoni tagħha għal kumpens lill-korp. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-korp għandu:
(a)
jagħmel offerta ta’ kumpens motivata, meta jkun stabbilixxa li huwa responsabbli li jipprovdi kumpens skont il-paragrafu 1, punt (a) jew (b), il-pretensjoni ma tkunx ikkontestata u l-ħsarat ikunu ġew ikkwantifikati parzjalment jew kompletament;
(b)
jipprovdi tweġiba motivata għall-punti magħmula fil-pretensjoni, meta jkun stabbilixxa li ma jkunx responsabbli li jipprovdi kumpens skont il-paragrafu 1, punt (a) jew (b), jew meta r-responsabbiltà tiġi miċħuda jew ma tkunx ġiet iddeterminata b’mod ċar jew il-ħsarat ma jkunux ġew ikkwantifikati kompletament.
|
|
Artikolu 25a 8.
|
Meta jkun dovut kumpens f’konformità mat-tieni subparagrafu, punt (a), tal-paragrafu 7, il-korp imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jħallas il-kumpens lill-parti li tkun sofriet ħsara mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien tliet xhur mill-aċċettazzjoni mill-parti li tkun sofriet ħsara tal-offerta ta’ kumpens motivata msemmija fit-tieni subparagrafu, punt (a), tal-paragrafu 7. Meta l-ħsara tkun ġiet ikkwantifikata parzjalment biss, ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-ħlas tal-kumpens stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw fir-rigward ta’ dik il-ħsara kwantifikata parzjalment, u mill-mument tal-aċċettazzjoni tal-offerta ta’ kumpens motivata korrispondenti.
|
|
Artikolu 25a 9.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp imsemmi fil-paragrafu 1 ikollu s-setgħat u l-kompetenzi kollha meħtieġa biex ikun jista’ jikkoopera fi żmien debitu ma’ korpi oħra bħal dawn fi Stati Membri oħra, ma’ korpi stabbiliti jew awtorizzati skont l-Artikoli 10a u 24 fl-Istati Membri kollha u ma’ partijiet interessati oħra, inkluża impriża tal-assigurazzjoni soġġetta għal proċeduri ta’ falliment jew stralċ, ir-rappreżentant tal-pretensjonijiet jew l-amministratur jew l-istralċarju tagħha, u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri, fl-istadji kollha matul il-proċeduri msemmija f’dan l-Artikolu. Tali kooperazzjoni għandha tinkludi t-talba, ir-riċeviment u l-għoti ta’ informazzjoni, inkluż dwar id-dettalji ta’ pretensjonijiet speċifiċi, meta rilevanti.
|
|
Artikolu 25a 10.
|
Meta l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża tal-assigurazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ikun differenti mill-Istat Membru li fih il-parti li tkun sofriet ħsara tirrisjedi, il-korp imsemmi fil-paragrafu 1 fl-Istat Membru li fih il-parti li tkun sofriet ħsara tirrisjedi li jkun ta kumpens lill-parti li tkun sofriet ħsara f’konformità mal-paragrafu 8 għandu jkollu d-dritt li jitlob ir-rimborż sħiħ tas-somma mħallsa bħala kumpens mill-korp imsemmi fil-paragrafu 1 fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża tal-assigurazzjoni. Il-korp imsemmi fil-paragrafu 1 fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża tal-assigurazzjoni għandu jagħmel il-ħlas lill-korp imsemmi fil-paragrafu 1 fl-Istat Membru li fih il-parti li tkun sofriet ħsara tirrisjedi li jkun ikkumpensa lill-parti li tkun sofriet ħsara skont il-paragrafu 8 fi żmien raġonevoli li ma jaqbiżx is-sitt xhur, dment li ma jkunx miftiehem mod ieħor bil-miktub minn dawk il-korpi, wara li jkun irċieva pretensjoni għal tali rimborż. Il-korp li pprovda kumpens skont l-ewwel subparagrafu għandu jkun surrogat għall-parti li tkun sofriet ħsara fid-drittijiet tagħha fil-konfront tal-persuna li kkawżat l-inċident jew l-impriża tal-assigurazzjoni tagħha, ħlief fil-konfront tad-detentur tal-polza jew persuna assigurata oħra li kkawżat l-inċident sa fejn ir-responsabbiltà tad-detentur tal-polza jew tal-persuna assigurata tkun koperta mill-impriża tal-assigurazzjoni insolventi skont il-liġi nazzjonali applikabbli. Kull Stat Membru għandu jkun obbligat jirrikonoxxi din is-surroga kif previst minn kwalunkwe Stat Membru ieħor.
|
|
Artikolu 25a 11.
|
Il-paragrafi 1 sa 10 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li:
(a)
jqisu kumpens imħallas mill-korp imsemmi fil-paragrafu 1 bħala sussidjarju jew mhux sussidjarju;
(b)
jipprevedu s-saldu ta’ pretensjonijiet fir-rigward tal-istess inċident bejn:
(i)
il-korp imsemmi fil-paragrafu 1;
(ii)
il-persuna jew persuni responsabbli għall-inċident;
(iii)
impriżi tal-assigurazzjoni oħra jew korpi tas-sigurtà soċjali li jridu jikkumpensaw il-parti li tkun sofriet ħsara.
|
|
Artikolu 25a 12.
|
L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu li l-korp imsemmi fil-paragrafu 1 jissoġġetta l-ħlas ta’ kumpens għal xi rekwiżiti għajr dawk stabbiliti f’din id-Direttiva. B’mod partikolari, l-Istati Membri ma għandhomx jippermettu li l-korp imsemmi fil-paragrafu 1 jissoġġetta l-ħlas ta’ kumpens għar-rekwiżit li l-parti li tkun sofriet ħsara tistabbilixxi li l-persuna ġuridika jew fiżika responsabbli ma tkunx tista’, jew tirrifjuta, li tħallas.
|
|
Artikolu 25a 13.
|
Il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 jew l-entitajiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jistinkaw biex jikkonkludu ftehim sat-23 ta’ Diċembru 2023 biex jiġi implimentat dan l-Artikolu, fir-rigward tal-funzjonijiet u l-obbligi tagħhom u l-proċeduri għar-rimborż skont dan l-Artikolu. Għal dak il-għan, sat-23 ta’ Ġunju 2023 kull Stat Membru għandu:
(a)
jistabbilixxi jew jawtorizza lill-korp imsemmi fil-paragrafu 1 u jagħtih is-setgħa biex jinnegozja u jikkonkludi tali ftehim; jew
(b)
jaħtar entità u jagħtiha s-setgħat li tinnegozja u tikkonkludi tali ftehim, li l-korp imsemmi fil-paragrafu 1 isir parti għaliha ladarba jiġi stabbilit jew awtorizzat.
Il-ftehim imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi nnotifikat minnufih lill-Kummissjoni. Meta l-ftehim imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma jiġix konkluż sat-23 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 28b sabiex tispeċifika l-kompiti proċedurali u l-obbligi proċedurali tal-korpi msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tar-rimborż.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0103
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|