|
+Artikolu 25a 7. |
Artikolu 25a 7.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp imsemmi fil-paragrafu 1, abbażi inter alia ta’ informazzjoni pprovduta fuq talba tiegħu mill-parti li tkun sofriet ħsara, jipprovdi lill-parti li tkun sofriet ħsara b’offerta ta’ kumpens motivata jew tweġiba motivata kif previst fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, fi żmien tliet xhur mid-data meta l-parti li tkun sofriet ħsara ppreżentat il-pretensjoni tagħha għal kumpens lill-korp. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-korp għandu:
(a)
jagħmel offerta ta’ kumpens motivata, meta jkun stabbilixxa li huwa responsabbli li jipprovdi kumpens skont il-paragrafu 1, punt (a) jew (b), il-pretensjoni ma tkunx ikkontestata u l-ħsarat ikunu ġew ikkwantifikati parzjalment jew kompletament;
(b)
jipprovdi tweġiba motivata għall-punti magħmula fil-pretensjoni, meta jkun stabbilixxa li ma jkunx responsabbli li jipprovdi kumpens skont il-paragrafu 1, punt (a) jew (b), jew meta r-responsabbiltà tiġi miċħuda jew ma tkunx ġiet iddeterminata b’mod ċar jew il-ħsarat ma jkunux ġew ikkwantifikati kompletament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|