+Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

(a) 

“sena ta’ referenza” tfisser is-sena kalendarja tal-konsum jew tad-data tal-importazzjoni netta użata għall-kalkolu tal-ħażniet li għandhom jinżammu jew il-ħażniet effettivament miżmuma fi żmien partikolari;

(b) 

“addittivi” tfisser komposti li mhumiex idrokarburi, miżjuda jew imħallta ma’ prodott biex jimmodifikaw il-proprjetajiet tiegħu;

(c) 

“bijokarburant” tfisser karburant likwidu jew f’forma ta’ gass użat għat-trasport u prodott mill-bijomassa, fejn il-“bijomassa” hija l-frazzjoni bijodegradabbli ta’ prodotti, skart u residwi mill-agrikoltura (inklużi s-sustanzi veġetali u dawk li ġejjin mill-annimali), il-foresterija u l-industriji relatati, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart industrijali u muniċipali;

(d) 

“konsum intern” tfisser il-kwantitajiet totali, ikkalkolati skont l-Anness II, kkunsinnati f’pajjiż għall-użu kemm fl-enerġija kif ukoll mhux fl-enerġija; dan l-ammont globali jinkludi kunsinni lis-settur ta’ trasformazzjoni u kunsinni lill-industrija, it-trasport, id-djar u setturi oħra għall-konsum “finali”; huwa jinkludi wkoll il-konsum proprju tas-settur tal-enerġija (ħlief il-karburant tar-raffineriji);

(e) 

“deċiżjoni internazzjonali effettiva għar-rilaxx tal-ħażniet” tfisser kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija sabiex żejt mhux maħdum jew prodotti petroliferi ikunu disponibbli fis-suq permezz ta’ rilaxx tal-ħażniet tal-membri tagħha u/jew miżuri addizzjonali;

(f) 

“entità ċentrali ta’ ħżin” (CSE) tfisser il-korp jew is-servizz li lilu jistgħu jingħataw is-setgħat biex jaġixxi biex jakkwista, iżomm jew ibigħ ħażniet taż-żejt inklużi ħażniet ta’ emerġenza u ħażniet speċifiċi;

(g) 

“interruzzjoni maġġuri tal-provvista” tfisser tnaqqis sostanzjali u f’salt fil-provvista taż-żejt mhux maħdum jew tal-prodotti petroliferi lill-Komunità jew lil Stat Membru, irrispettivament minn jekk dan wassalx għal deċiżjoni internazzjonali effettiva għar-rilaxx tal-ħażniet;

(h) 

“imħażen marittimi internazzjonali” għandha t-tifsira mogħtija fit-Taqsima 2.1 tal-Anness A għar-Regolament (KE) Nru 1099/2008;

▼M1

(i) 

“ħażniet ta' żejt” tfisser il-prodotti tal-enerġija elenkati fil-Kapitolu 3.4 tal-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008;

▼B

(j) 

“ħażniet ta’ emerġenza” tfisser ħażniet ta’ żejt li kull Stat Membru huwa meħtieġ iżomm skont l-Artikolu 3;

(k) 

“ħażniet kummerċjali” tfisser dawk il-ħażniet ta’ żejt li jinżammu mill-operaturi ekonomiċi li mhumiex ħtieġa skont din id-Direttiva;

(l) 

“ħażniet speċifiċi” tfisser ħażniet ta’ żejt li jissodisfaw il-kriterji mniżżla fl-Artikolu 9;

(m) 

“aċċessibbiltà fiżika” tfisser arranġamenti għal-lokalizzazzjoni u t-trasport ta’ ħażniet sabiex jiġi żgurat ir-rilaxx jew il-kunsinna effettiva tagħhom lill-utenti u s-swieq finali fl-iskedi ta’ żmien u l-kondizzjonijiet li jwasslu biex itaffu l-problemi tal-provvista li jkunu setgħu nqalgħu;

Id-definizzjonijiet imniżżla f’dan l-Artikolu jistgħu jiġu kkjarifikati jew emendati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0119
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.