+Artikolu 3 Ħażniet ta’ emerġenza – Kalkolu tal-obbligi tal-ħżin
---+Article 3 1.
---+Article 3 2.
---+Article 3 3.
---+Article 3 4.

Artikolu 3 Ħażniet ta’ emerġenza – Kalkolu tal-obbligi tal-ħżin

Artikolu 3

Ħażniet ta’ emerġenza – Kalkolu tal-obbligi tal-ħżin

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw kwalunkwe liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva li tista’ tkun meħtieġa sabiex jiġi żgurat, sal-31 ta’ Diċembru 2012, li l-ħażniet totali ta’ żejt li jinżammu f’kull ħin fil-Komunità għall-benefiċċju tagħhom, jikkorrispondu, ta’ mill-inqas, għal 90 jum tal-importazzjoni netta medja ta’ kuljum jew 61 jum tal-konsum intern medju ta’ kuljum, skont liema miż-żewġ kwantitajiet ikun l-ikbar.

2.  L-importazzjoni netta medja ta’ kuljum li għandha tiġi kkunsidrata għandha tiġi kkalkolata abbażi tal-ekwivalenti f’żejt mhux maħdum tal-importazzjoni matul is-sena kalendarja preċedenti, determinata skont il-metodu u l-proċeduri mniżżla fl-Anness I.

Il-konsum intern medju ta’ kuljum li għandu jiġi kkunsidrat għandu jiġi kkalkolat abbażi tal-ekwivalenti f’żejt mhux maħdum tal-konsum intern matul is-sena kalendarja preċedenti, stabbilita u kkalkolata skont il-metodu u l-proċeduri mniżżla fl-Anness II.

▼M1

3.  Madankollu, minkejja l-paragrafu 2, il-medji ta' kuljum tal-importazzjoni netta u tal-konsum intern, kif imsemmija f'dak il-paragrafu, għandhom jiġu ddeterminati, fir-rigward tal-perijodu mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena kalendarja, abbażi tal-kwantitajiet importati jew ikkonsmati matul is-sena ta' qabel dik preċedenti għas-sena kalendarja involuta.

▼B

4.  Il-metodi u l-proċeduri għall-kalkolu tal-obbligi tal-ħżin, kif imsemmi f’dan l-Artikolu, jistgħu jiġu emendati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 3 1.
Member States shall adopt such laws, regulations or administrative provisions as may be appropriate in order to ensure, by 31 December 2012, that the total oil stocks maintained at all times within the Community for their benefit correspond, at the very least, to 90 days of average daily net imports or 61 days of average daily inland consumption, whichever of the two quantities is greater.
Article 3 2.
The average daily net imports to be taken into account shall be calculated on the basis of the crude oil equivalent of imports during the previous calendar year, determined in accordance with the method and procedures set out in Annex I.

The average daily inland consumption to be taken into account shall be calculated on the basis of the crude oil equivalent of inland consumption during the previous calendar year, established and calculated in accordance with the method and procedures set out in Annex II.

Article 3 3.
However, notwithstanding paragraph 2, the daily averages of net imports and inland consumption, as referred to in that paragraph, shall be determined, as regards the period from 1 January to 30 June of each calendar year, on the basis of the quantities imported or consumed during the last year but one before the calendar year in question.
Article 3 4.
The methods and procedures for calculating stockholding obligations, as referred to in this Article, may be amended in accordance with the regulatory procedure referred to in Article 23(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0119
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.