|
+Artikolu 4 Kalkolu tal-livell tal-ħażniet ---+Article 4 1. ---+Article 4 2. ---+Article 4 3. ---+Article 4 4. |
Artikolu 4 Kalkolu tal-livell tal-ħażnietArtikolu 4 Kalkolu tal-livell tal-ħażniet 1. Il-livelli tal-ħażniet miżuma għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-metodi mniżżla fl-Anness III. Fil-każ tal-kalkolu tal-livell tal-ħażniet miżmuma għal kull kategorija skont l-Artikolu 9, dawk il-metodi għandhom japplikaw biss għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kategorija kkonċernata. 2. Il-livelli tal-ħażniet miżmuma f’ħin partikolari għandhom jiġu kkalkolati bl-użu ta’ data mis-sena ta’ referenza ddeterminata skont ir-regoli mniżżla fl-Artikolu 3. 3. Kwalunkwe ħażna taż-żejt tista’ tkun inkluża simultanjament kemm fil-kalkolu ta’ ħażniet ta’ emerġenza ta’ Stat Membru kif ukoll għall-kalkolu tal-ħażniet speċifiċi tiegħu fit-tifsira tal-Artikolu 9 dment li dawk il-ħażniet taż-żejt jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti f’din id-direttiva għaż-żewġ tipi ta’ ħażniet. 4. Il-metodi u l-proċeduri għall-kalkolu tal-livelli tal-ħażniet, kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, jistgħu jiġu emendati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2). B’mod partikolari, jista’ jkun meħtieġ u ta’ benefiċċju li dawk il-metodi u proċeduri jiġu emendati inkluż l-applikazzjoni tat-tnaqqis provdut fl-Anness III, sabiex tiġi assigurata l-koerenza mal-prattika tal-AIE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|