|
+Artikolu 5 Disponibbiltà tal-ħażniet ---+Article 5 1. ---+Article 5 2. |
Artikolu 5 Disponibbiltà tal-ħażnietArtikolu 5 Disponibbiltà tal-ħażniet 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw f’kull ħin li l-ħażniet ta’ emerġenza u l-ħażniet speċifiċi, jkunu disponibbli u fiżikament aċċessibbli għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. Huma għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti għall-identifikazzjoni, il-kontabbiltà u l-kontroll ta’ dawk il-ħażniet sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu vverifikati fi kwalukwe ħin. Din il-ħtieġa tapplika wkoll għal kwalunkwe ħażniet ta’ emerġenza u ħażniet speċifiċi li jkunu mħalltin ma’ ħażniet miżmuma minn operaturi ekonomiċi. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimpedixxu kull ostakolu u impediment li jista’ jfixkel id-disponibbiltà tal-ħażniet ta’ emerġenza u l-ħażniet speċifiċi. Kull Stat Membru jista’ jistabbilixxi limiti jew kondizzjonijiet addizzjonali dwar il-possibbiltà li l-ħażniet ta’ emerġenza tiegħu u l-ħażniet speċifiċi jinżammu ’l barra mit-territorju tiegħu. 2. Fejn ikun hemm raġuni għall-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza previsti fl-Artikolu 20, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu, u jżommu lura milli jieħdu, kwalunkwe miżura li tfixkel it-trasferiment, l-użu jew ir-rilaxx tal-ħażniet ta’ emerġenza jew il-ħażniet speċifiċi miżmuma fit-territorju tagħhom f’isem Stat Membru ieħor. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|