+Artikolu 7 Entitajiet ċentrali ta’ ħżin
---+Article 7 1.
---+Article 7 2.
---+Article 7 3.
---+Article 7 4.

Artikolu 7 Entitajiet ċentrali ta’ ħżin

Artikolu 7

Entitajiet ċentrali ta’ ħżin

1.  L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu CSEs.

L-ebda Stat Membru ma jista’ jistabbilixxi aktar minn CSE waħda jew kwalunkwe korp simili ieħor. Stat Membru jista’ jistabbilixxi s-CSE tiegħu fi kwalunkwe post ġewwa l-Komunità.

Fejn Stat Membru jistabbilixxi CSE, din għandha tieħu l-forma ta’ korp jew servizz mingħajr l-objettiv ta’ profitt u taġixxi fl-interess ġenerali u m’għandhiex tkun ikkunsidrata bħala operatur ekonomiku fit-tifsira ta’ din id-Direttiva.

2.  ħan prinċipali tas-CSE għandu jkun li takkwista, iżżomm u tbigħ ħażniet taż-żejt għall-finijiet ta’ din id-Direttiva jew għall-fini li tikkonforma mal-ftehimiet internazzjonali li jikkonċernaw iż-żamma u l-manutenzjoni ta’ ħażniet taż-żejt. Hija l-uniku korp jew servizz li lilu jistgħu jingħataw is-setgħat biex jakkwista jew ibigħ ħażniet speċifiċi.

3.  CSEs jew l-Istati Membri jistgħu, għal perijodu speċifiku, jiddelegaw kompiti relatati mal-ġestjoni ta’ ħażniet ta’ emerġenza u, bl-eċċezzjoni tal-bejgħ u l-akkwist, ta’ ħażniet speċifiċi, imma unikament lil:

(a) 

Stat Membru ieħor li fit-territorju tiegħu jkunu jinsabu tali ħażniet jew is-CSE stabbilita minn dak l-Istat Membru. Kompiti li jkunu delegati b’dan il-mod ma jistgħux jiġu sottodelegati lil Stati Membri oħra jew lil CSEs stabbiliti minnhom. L-Istat Membru li jkun stabbilixxa s-CSE, kif ukoll kull Stati Membru li fit-territorju tiegħu ikunu ser jinżammu l-ħażniet, għandhom id-dritt li jagħmlu d-delega kondizzjonali għall-awtorizzazzjoni tiegħu;

(b) 

operaturi ekonomiċi. Kompiti delegati b’dan il-mod ma jistgħux jiġu sottodelegati. Fejn tali delega, jew kwalunkwe bidla jew estensjoni għal dik id-delega, tinvolvi kompiti relatati mal-ġestjoni tal-ħażniet ta’ emerġenza u l-ħażniet speċifiċi miżmuma fi Stat Membru ieħor, dan għandu jkun awtorizzat minn qabel kemm mill-Istati Membru li għal kont tiegħu jinżammu il-ħażniet kif ukoll mill-Istati Membri kollha li fit-territorji tagħhom ikunu ser jinżammu l-ħażniet.

4.  Kull Stat Membru li jkollu CSE għandu jeħtiġilha, għall-finijiet tal-Artikolu 8(1) u (2), li tippubblika:

(a) 

fuq bażi tal-ħin kollu, informazzjoni sħiħa, imqassma skont il-kategoriji tal-prodotti, dwar il-volumi tal-ħażniet li hija tista’ timpenja ruħha għalihom li żżomm għall-operaturi ekonomiċi, jew, fejn adatt, CSEs interessati;

(b) 

mill-inqas seba’ xhur minn qabel, il-kondizzjonijiet li skonthom hija lesta li tipprovdi servizzi relatati maż-żamma u l-manutenzjoni tal-ħażniet lill-operaturi ekonomiċi. Il-kondizzjonijiet li taħthom is-servizzi jistgħu jiġu provduti, inklużi kondizzjonijiet relatati mal-iskedar, jistgħu wkoll jiġu ddeterminati minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew wara proċedura kompetittiva maħsuba biex tiġi ddeterminata l-aħjar offerta fost l-operaturi jew, fejn adatt, CSEs interessati.

CSEs għandhom jaċċettaw tali delegi taħt kondizzjonijiet objettivi, trasparenti u nondiskriminatorji. Il-ħlasijiet mill-operaturi għas-servizzi tas-CSE m’għandhomx jaqbżu l-ispejjeż kollha tas-servizzi mogħtija u ma jistgħux jintalbu qabel ma l-ħażniet jiġu kostitwiti. Is-CSE tista’ tagħmel l-aċċettazzjoni tagħha ta’ delega kondizzjonali għall-forniment ta’ garanzija jew xi forma oħra ta’ sigurtà mill-operatur.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 7 1.
Member States may set up CSEs.

No Member State may set up more than one CSE or any other similar body. A Member State may set up its CSE at any location within the Community.

Where a Member State sets up a CSE, it shall take the form of a body or service without profit objective and acting in the general interest and shall not be considered to be an economic operator within the meaning of this Directive.

Article 7 2.
The main purpose of the CSE shall be to acquire, maintain and sell oil stocks for the purposes of this Directive or for the purpose of complying with international agreements concerning the maintenance of oil stocks. It is the only body or service upon which powers may be conferred to acquire or sell specific stocks.
Article 7 3.

CSEs or Member States may, for a specified period, delegate tasks relating to the management of emergency stocks and, with the exception of sale and acquisition, of specific stocks, but only to:

(a) 

another Member State within whose territory such stocks are located or the CSE set up by that Member State. Tasks thus delegated may not be subdelegated to other Member States or to CSEs set up by them. The Member State that set up the CSE, as well as each Member State within whose territory the stocks will be held, has the right to make the delegation conditional upon its authorisation;

(b) 

economic operators. Tasks thus delegated may not be subdelegated. Where such a delegation, or any change or extension to that delegation, involves tasks relating to the management of emergency and specific stocks held in another Member State, it must be authorised in advance both by the Member State on whose account the stocks are held and by all Member States within whose territories the stocks will be held.

Article 7 4.

Each Member State having a CSE shall require it, for the purposes of Article 8(1) and (2), to publish:

(a) 

on an ongoing basis, full information, broken down by product category, on the stock volumes that it can undertake to maintain for economic operators, or, where appropriate, interested CSEs;

(b) 

at least 7 months in advance, the conditions subject to which it is willing to provide services related to maintaining the stocks for economic operators. Τhe conditions under which services may be provided, including conditions relating to scheduling, may also be determined by competent national authorities or following a competitive procedure intended to determine the best bid among operators or, where appropriate, interested CSEs.

CSEs shall accept such delegations under objective, transparent and non-discriminatory conditions. Payments by the operators for the services of the CSE shall not exceed the full costs of the services rendered and may not be required until the stocks are constituted. The CSE may make its acceptance of a delegation conditional upon the operator’s provision of a guarantee or some other form of security.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0119
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.