|
+Artikolu 8 Operaturi ekonomiċi ---+Article 8 1. ---+Article 8 2. ---+Article 8 3. ---+Article 8 4. |
Artikolu 8 Operaturi ekonomiċiArtikolu 8 Operaturi ekonomiċi 1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li kwalunkwe operatur ekonomiku li fuqu jimponi obbligi tal-ħżin sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 3 jingħata d-dritt li jiddelega dawk l-obbligi mill-inqas parzjament u fuq l-għażla tal-operatur ekonomiku, imma unikament:
(a)
lis-CSE tal-Istat Membru, li għal kont tiegħu jinżammu dawn il-ħażniet; u/jew
(b)
lil CSE waħda oħra jew aktar li jkunu ddikjaraw ruħhom minn qabel li jkunu lesti li jżommu tali ħażniet, dment li tali delegi jkunu ġew awtorizzati minn qabel kemm mill-Istat Membru li għal kont tiegħu jinżammu tali ħażniet kif ukoll mill-Istati Membri kollha li fit-territorji tagħhom dawn il-ħażniet ikunu ser jinżammu;
(c)
lil operaturi ekonomiċi oħra li jkollhom ħażniet żejda jew kapaċità ta’ ħżin disponibbli ‘l barra mit-territorju tal-Istat Membru li għall-kont tiegħu jinżammu l-ħażniet fil-Komunità, dment li tali delega tkun ġiet awtorizzata minn qabel kemm mill-Istat Membru li għall-kont tiegħu jinżammu tali ħażniet kif ukoll mill-Istati Membri kollha li fit-territorji tagħhom dawn il-ħażniet ikunu ser jinżammu; u/jew
(d)
lil operaturi ekonomiċi oħrajn li għandhom ħażniet żejda jew kapaċità ta’ ħżin disponibbli fit-territorju tal-Istat Membru li għall-kont tiegħu jinżammu l-ħażniet, dment li tali delega tkun ġiet ikkomunikata minn qabel lill-Istat Membru. L-Istati Membri jistgħu jimponu limiti jew kondizzjonijiet fuq tali delega. Obbligi ddelegati skont il-punti (c) u (d) ma jistgħux jiġu sottodelegati. Kwalunkwe bidla lil jew estensjoni ta’ delega msemmija fil-punti (b) u (c) għandha tieħu effett biss jekk din tkun ġiet awtorizzata minn qabel mill-Istati Membri kollha li awtorizzaw id-delega. Kwalunkwe bidla lil jew estensjoni ta’ delega msemmija fil-punt (d) għandha titqies bħala delega ġdida. 2. Kull Stat Membru jista’ jirrestrinġi d-drittijiet ta’ delega tal-operaturi ekonomiċi li fuqhom jimponi jew ikun impona obbligi ta’ ħżin. Madankollu, fejn tali restrizzjonijiet jillimitaw id-drittijiet ta’ delega tal-operatur ekonomiku għal ammonti li jikkorrispondu għal inqas minn 10 % tal-obbligu ta’ ħżin impost fuqu, l-Istat Membru għandu jiżgura li jkun stabbilixxa CSE li tkun meħtieġa li taċċetta d-delegi fir-rigward tal-ammont meħtieġ biex jiġi salvagwardjat id-dritt ta’ operatur ekonomiku li jiddelega mill-inqas 10 % tal-obbligu ta’ ħżin impost fuqu. Il-persentaġġ minimu msemmi f’dan il-paragrafu għandu jiżdied minn 10 % għal 30 % sal-31 ta’ Diċembru 2017. 3. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, Stat Membru jista’ jimponi obbligu fuq operatur ekonomiku biex jiddelega mill-inqas parti mill-obbligu ta’ ħżin tiegħu lis-CSE tal-Istat Membru. 4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jinformaw lill-operaturi ekonomiċi bil-modalitajiet li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-obbligi tal-ħżin imposti fuqhom sa mhux aktar tard minn 200 jum qabel il-bidu tal-perijodu li għalih japplika l-obbligu kkonċernat. L-operaturi ekonomiċi għandhom jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jiddelegaw obbligi tal-ħżin lis-CSEs sa mhux aktar tard minn 170 jum qabel il-bidu tal-perijodu li għalih japplika l-obbligu kkonċernat. Fejn l-operaturi ekonomiċi jkunu infurmati inqas minn 200 jum qabel il-bidu tal-perijodu li għalih japplika l-obbligu tal-ħżin, huma jistgħu fi kwalunkwe ħin jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jiddelegaw dak l-obbligu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|