|
+Artikolu 12 Sommarji tal-istatistika dwar il-ħażniet koperti mill-Artikolu 3 ---+Article 12 1. ---+Article 12 2. ---+Article 12 3. |
Artikolu 12 Sommarji tal-istatistika dwar il-ħażniet koperti mill-Artikolu 3Artikolu 12 Sommarji tal-istatistika dwar il-ħażniet koperti mill-Artikolu 3 1. Fir-rigward tal-livelli tal-ħażniet li għandhom jinżammu skont l-Artikolu 3, kull Stat Membru għandu jfassal sommarji tal-istatistika u jippreżentahom lill-Kummissjoni skont ir-regoli mniżżlin fl-Anness IV. 2. Ir-regoli għat-tfassil tas-sommarji msemmija fil-paragrafu 1, l-ambitu, il-kontenut u l-frekwenza u l-iskadenzi għall-preżentazzjoni tagħhom jistgħu jiġu emendati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2). Ir-regoli għall-preżentazzjoni ta’ dawk is-sommarji lill-Kummissjoni jistgħu wkoll jiġu emendati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2). 3. L-Istati Membri ma jistgħux jinkludu l-kwantitajiet ta’ żejt mhux maħdum jew ta’ prodotti petroliferi li huma soġġetti għal ordni ta’ qbid jew azzjoni ta’ infurzar fis-sommarji tal-istatistika tagħhom dwar il-ħażniet ta’ emerġenza. Dan japplika wkoll għal ħażniet li jappartjenu għall-impriżi li jkunu f’sitwazzjoni ta’ falliment jew li jkunu daħlu f’arranġament mal-kredituri. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|