Artikolu 19
Protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data
Din id-Direttiva hija bla preġudizzju għal u ma taffettwa bl-ebda mod il-livell ta’ protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju u d-dritt nazzjonali u, b’mod partikolari, ma tbiddel xejn mill-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali, kif stabbilit mid-Direttiva 95/46/KE, jew l-obbligi tal-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali minnhom waqt li jkunu qegħdin iwettqu d-dmirijiet tagħhom.