|
+ANNESS IV |
ANNESS IVANNESS IV Regoli għat-tħejjija u l-preżentazzjoni lill-Kummissjoni tas-sommarji tal-istatistika tal-ħażniet li għandhom jinżammu skont l-Artikolu 3 Kull Stat Membru għandu jfassal u jippreżenta lill-Kummissjoni, fuq bażi ta’ kull xahar, sommarju tal-istatistika definittiv tal-livell tal-ħażniet effettivament miżmum fl-aħħar jum tax-xahar kalendarju abbażi tan-numru ta’ jiem ta’ importazzjoni netta ta’ żejt jew abbażi tan-numru ta’ jiem ta’ konsum intern ta’ żejt, skont l-Artikolu 3. Is-sommarju tal-istatistika għandu jipprovdi dettalji preċiżi dwar ir-raġuni għaliex il-kalkolu huwa bbażat fuq in-numru ta’ jiem ta’ importazzjoni jew, għall-kuntrarju, fuq in-numru ta’ jiem ta’ konsum u għandu jispeċifika liema wieħed mill-metodi ta’ kalkolu mniżżlin fl-Anness III ntuża. Jekk xi wħud mill-ħażniet inklużi fil-kalkolu tal-livell ta’ ħażniet miżmuma skont l-Artikolu 3 jinżammu barra mit-territorju nazzjonali, kull sommarju għandu jagħti d-dettalji tal-ħażniet miżmuma mid-diversi Stati Membri u s-CSEs kkonċernati fl-aħħar jum tal-perijodu li għalih huwa japplika. Fis-sommarju tiegħu, kull Stat Membru għandu jindika wkoll, f’kull każ, jekk il-ħażniet ikunux qed jinżammu wara talba ta’ delega magħmula minn operatur ekonomiku wieħed jew aktar jew jekk ikunux qed jinżammu fuq it-talba tiegħu jew fuq it-talba tas-CSE tiegħu. Għal kwalunkwe ħażna miżmuma minn Stat Membru fit-territorju tiegħu f’isem Stati Membri oħrajn jew CSEs oħrajn, dak l-Istat Membru għandu jfassal u jippreżenta lill-Kummissjoni sommarju li juri l-ħażniet eżistenti fl-aħħar jum ta’ kull xahar kalendarju, imqassmin skont il-kategoriji tal-prodotti. F’dak is-sommarju, l-Istat Membru għandu jindika wkoll, b’mod partikolari, l-Istat Membru jew is-CSE kkonċernata u l-kwantitajiet involuti f’kull każ. Is-sommarji tal-istatistika msemmija f’dan l-Anness għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni fi żmien 55 jum wara t-tmiem tax-xahar li għalihom huma japplikaw. Dawk l-istess sommarji għandhom jiġu ppreżentati wkoll fi żmien xahrejn wara li ssir talba mill-Kummissjoni. Tali talbiet jistgħu jsiru mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data li għaliha d-data tkun tapplika. ( 1 ) Kif modifikat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2010 tad-9 ta' Novembru 2017. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|