+Artikolu 5 Immarkar u dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
|
Artikolu 5 Immarkar u dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
Qabel ma prodott li jkun kopert minn miżuri implimentattivi jitqiegħed fis-suq u/jew jibda jaħdem, marka CE għandha titwaħħal u dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE għandha tinħareġ li fiha l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jassigura u jiddikjara li il-prodott jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-miżura implimentattiva applikabbli.
|
|
Artikolu 5 2.
|
Il-marka CE tikkonsisti fl-inizjali “CE” hekk kif tidher fl-Anness III.
|
|
Artikolu 5 3.
|
Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE għandha tinkludi l-elementi speċifikati fl-Anness VI u għandha tirriferi għall-miżura implimentattiva adatta.
|
|
Artikolu 5 4.
|
It-twaħħil tal-marki fuq prodott li x’aktarx iqarrqu lill-utenti tal-prodott fir-rigward tat-tifsira jew il-forma tal-marka CE għandhom ikunu projbiti.
|
|
Artikolu 5 5.
|
L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-informazzjoni li tingħata skont il-Parti 2 tal-Anness I tkun fil-lingwa (i) uffiċjali meta l-prodott jilħaq lill-utent aħħari. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw ukoll li din l-informazzjoni tingħata f’lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Meta japplikaw l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom iqisu b’mod partikolari:
(a)
jekk l-informazzjoni tistax tingħata permezz ta’ simboli armonizzati jew kodiċi rikonoxxuti jew miżuri oħrajn; u
(b)
it-tip ta’ utent antiċipat tal-prodott u n-natura tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.12.2012 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0125
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|