+Artikolu 7 Klawżola ta’ salvagwardja
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
---+Artikolu 7 6.
---+Artikolu 7 7.
---+Artikolu 7 8.

Artikolu 7 Klawżola ta’ salvagwardja

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.
Meta Stat Membru jivverifika li prodott li jkollu l-marka CE msemmija fl-Artikolu 5 u li jintuża skont l-użu maħsub tiegħu ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet kollha relevanti tal-miżura implimentattiva applikabbli, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jkun obbligat li jġib il-prodott konformi mad-dispożizzjonijiet tal-miżura implimentattiva applikabbli u/jew mal-marka CE u li jwaqqaf il-ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet skont il-kondizzjonijiet imposti mill-Istat Membru.

Fejn ikun hemm evidenza biżżejjed li jista’ jkun li prodott jista’ ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji li, skont il-gravità tan-nuqqas ta’ konformità, jistgħu saħansitra jżommu t-tqegħid fis-suq tal-prodott sa meta l-konformità tiġi stabbilita.

Jekk il-ksur jibqa’ jseħħ, l-Istat Membru għandu jieħu deċiżjoni fejn jillimita jew iċaħħad it-tqegħid fis-suq u/jew it-tħaddim tal-prodott in kwistjoni jew jassigura li dan jiġi rtirat mis-suq.

F’każijiet ta’projbizzjoni jew irtirar mis-suq, il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu infurmati b’dan minnufih.

Artikolu 7 2.
Kull deċiżjoni minn Stat Membru skont din id-Direttiva li tillimita jew iżżomm it-tqegħid fis-suq u/jew it-tħaddim ta’ prodott għandha tiddikjara l-bażi li fuqha tkun ittieħdet.

Deċiżjoni bħal din għandha tkun mgħarrfa minnufih lill-parti konċernata, li fl-istess ħin għandha tiġi mgħarrfa dwar ir-rimedji legali disponibbli taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru konċernat u t-termini perentorji ta’ dawn ir-rimedji.

Artikolu 7 3.

L-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra dwar kull deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 1, u għandu jindika r-raġunijiet tiegħu, u, b’mod partikolari, dwar jekk il-ksur tad-dispożizzjonijiet ikunx sar minħabba:

(a) 

in-nuqqas li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva applikabbli;

(b) 

l-applikazzjoni żbaljata tal-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 10(2);

(c) 

nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 10(2).

Artikolu 7 4.
Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mingħajr dewmien lill-partijiet konċernati u tista’ tfittex parir tekniku mingħand esperti esterni indipendenti.

Wara l-konsultazzjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni u lill-Istati l-Membri l-oħra dwar l-opinjoni tagħha.

Meta l-Kummissjoni jidhrilha li d-deċiżjoni mhix ġustifikata, għandha tinforma minnufih lill-Istati Membri dwar dan.

Artikolu 7 5.
Meta d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tkun ibbażata fuq nuqqas ta’ standard armonizzat, il-Kummissjoni għandha minnufih tagħti bidu għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 (2), (3) u (4). Fl-istess ħin il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(1).
Artikolu 7 6.
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, fejn ikunu ġustifikati, sabiex jiggarantixxu l-kunfidenzjalità fir-rigward tal-informazzjoni provduta waqt il-proċedura.
Artikolu 7 7.
Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Istati Membri skont dan l-Artikolu għandhom jinħarġu fil-pubbliku, b’mod trasparenti.
Artikolu 7 8.
L-opinjoni tal-Kummissjoni dwar dawk id-deċiżjonijiet għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.12.2012 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0125
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.