Artikolu 20
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ir-regoli li japplikaw għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, u għandhom iqisu l-grad ta’ nuqqas ta’ konformità u n-numru ta’ unitajiet ta’ prodotti li mhumiex konformi mqiegħda fis-suq tal-Komunità. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sal-20 ta’ Novembru 2010 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.