+ANNESS IV

ANNESS IV




ANNESS IV

Kontroll intern tad-disinn

(imsemmi fl-artikolu 8(2))

1. Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura li biha l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jwettaq l-obbligazzjonijiet stabbiliti fil-punt 2 jiggarantixxi u jiddikjara li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti relevanti tal-miżura implimentattiva applikabbli. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE tista’ tkopri prodott wieħed jew aktar u għandha tinżamm mill-fabbrikant.

2. Il-fabbrikant għandu jagħmel fajl ta’ dokumentazzjoni teknika li jagħmel possibli stima ta’ konformità tal-prodott bir-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva applikabbli.

Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi, b’mod partikolari:

(a) 

id-deskrizzjoni ġenerali tal-prodott u tal-użu maħsub tiegħu;

(b) 

ir-riżultati ta’ studji ta’ stima ambjentali rilevanti li jkunu saru mill-fabbrikant, u/jew ir-referenzi għal-letteratura ta’ stima ambjentali jew studji tal-każijiet li ntużaw mill-fabbrikant għall-valutazzjoni, id-dokumentazzjoni u d-deċiżjoni dwar is-soluzzjonijiet tad-disinn tal-prodott;

(c) 

il-profil ekoloġiku, jekk ikun meħtieġ mill-miżura implimentattiva;

(d) 

elementi tal-ispeċifikazzjoni tad-disinn tal-prodott li għandhom x’jaqsmu mal-aspetti ambjentali tad-disinn tal-prodott;

(e) 

lista ta’ standards adattati msemmija fl-Artikolu 10, li jkunu ġew applikati kollha jew parzjalment, u deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet adottati biex jintlaħqu r-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva applikabbli fejn l-istandards imsemmija fl-Artikolu 10 ma kienux applikati jew fejn dawk l-istandards ma jkoprux b’mod totali r-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva applikabbli;

(f) 

kopja tal-informazzjoni li tikkonċerna l-aspetti ambjentali tad-disinn tal-prodott provduta skont ir-rekwiżiti speċifikati fil- Parti 2 tal-Anness I; u

(g) 

ir-riżultati tal-kejl li sar tar-rekwiżiti tal-ekodisinn, inklużi dettalji tal-konformità tal-qisien kif huma mqabbla mar-rekwiżiti għall-ekodisinn stabbiliti mill-miżura implimentattiva applikabbli.

3. Il-fabbrikant għandu jieħu l-qisien kollha meħtieġa biex jiżgura li l-prodott ikun manifatturat konformement mal-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn imsemmija fil-punt 2 u mar-rekwiżiti tal-miżura li japplikaw għalih.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.12.2012 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0125
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.