|
+ANNESS VII |
ANNESS VII
ANNESS VII Kontenut tal-miżuri implimentattivi (imsemmija fl-artikolu 15(8)) Il-miżura implimentattiva għandha tispeċifika, b’mod partikolari:
1.
It-tifsira eżatta tat-tip(i) ta’ prodott(i) kopert(i);
2.
Ir-rekwiżiti għall-ekodisinn għall-prodott(i) kopert(i), id-data/i ta’ implimentazzjoni u l-miżuri jew perjodi tranżitorji jew proviżorji;
(a)
fil-każ ta’ rekwiżiti ġeneriċi għall-ekodisinn, il-fażijiet u l-aspetti relevanti magħżula fost dawk imsemmija fil-punti 1.1 u 1.2 tal-Anness I, akkompanjati minn eżempji ta’ parametri magħżula minn dawk imsemmija fil-punt 1.3 tal-Anness I, bħala gwida waqt il-valutazzjoni tat-titjib f’dak li għandu x’jaqsam mal-aspetti ambjentali identifikati;
(b)
fil-każ ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-ekodisinn, il-livell(i) tiegħu (tagħhom);
3.
Il-parametri għall-ekodisinn msemmija fil-Parti 1 tal-Anness I li fir-rigward tagħhom ebda rekwiżit għall-ekodisinn ma hu meħtieġa;
4.
Ir-rekwiżiti dwar l-istallazzjoni tal-prodott fejn għandu relevanza diretta mal-prestazzjoni ambjentali kkunsidrata tal-prodott;
5.
L-istandards ta’ kejl u/jew metodi ta’ kejl li għandhom jintużaw; meta jkunu disponibbli, għandhom jintużaw l-istandards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom kienu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
6.
Id-dettalji tal-istima ta’ konformità skont id-Deċiżjoni 93/465/KEE
(a)
fejn il-modulu(i) li għandu (għandhom) jiġu applikati huwa (huma) differenti mill-Modulu A; il-fatturi li jwasslu għall-għażla ta’ dik il-proċedura speċifika;
(b)
fejn hu relevanti l-kriterji għall-approvazzjoni u/jew iċ-ċertifikazzjoni ta’ partijiet terzi; fejn moduli differenti jkunu stabbiliti f’rekwiżiti oħra CE għall-istess prodott, il-modulu definit fil-miżura implimentattiva għandhom jipprevalixxu fuq ir-rekwiżit in kwistjoni;
7.
Rekwiżiti dwar informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-fabbrikanti l-iżjed dwar l-elementi tad-dokumentazzjoni teknika li huma meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott mal-miżura implimentattiva;
8.
It-tul tal-perjodu transitorju li matulu l-Istati Membri għandhom iħallu li jitqiegħdu fis-suq u/jew li jitħaddmu l- prodotti li jikkonformaw mar-regolamenti fis-seħħ fit-teritorju tagħhom fid-data tal-adozzjoni tal-miżura implimentattiva;
9.
Id-data għall-valutazzjoni u r-reviżjoni possibbli tal-miżura implimentattiva, filwaqt li titqies il-ħeffa tal-progress teknoloġiku. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|