|
+Artikolu 3 Definizzjonijiet |
Artikolu 3 DefinizzjonijietArtikolu 3 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (1) “utent professjonali” tfisser kwalunkwe persuna li tuża pestiċidi matul l-attivitajiet professjonali tagħha, inklużi operaturi, tekniċi, min iħaddem u nies li jaħdmu għal rashom, kemm fil-biedja kif ukoll f’setturi oħrajn; (2) “distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel pestiċida disponibbli fis-suq, inklużi bejjiegħa bl-ingrossa, bejjiegħa bl-imnut, bejjiegħa u fornituri; (3) “konsulent” tfisser kwalunkwe persuna li tkun kisbet konoxxenza adegwata u tagħti pariri dwar il-ġestjoni tal-organiżmi ta’ ħsara u l-użu sigur tal-pestiċidi, fil-kuntest ta’ kapaċità professjonali jew servizz kummerċjali, inklużi servizzi ta’ konsulenza privati minn min jaħdem għal rasu u servizzi ta’ konsulenza pubbliċi, aġenti kummerċjali, produtturi tal-ikel u bejjiegħa bl-imnut fejn applikabbli; (4) “tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi” tfisser apparati maħsuba b’mod speċifiku għall-applikazzjoni tal-pestiċidi, inklużi aċċessorji li huma essenzjali għat-tħaddim effettiv ta’ tali tagħmir, bħal żnienen, manometri, filtri, passaturi u apparat għat-tindif tat-tankijiet; (5) “bexx mill-ajru” tfisser applikazzjoni ta’ pestiċidi minn inġenju tal-ajru (ajruplan jew ħelikopter); (6) “ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara” tfisser konsiderazzjoni attenta tal-metodi kollha disponibbli għall-protezzjoni tal-pjanti u l-integrazzjoni sussegwenti ta’ miżuri xierqa li jiskoraġġixxu l-iżvilupp ta’ popolazzjonijiet ta’ organiżmi ta’ ħsara u li jżommu l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u forom oħra ta’ intervent f’livelli li huma ġustifikati ekonomikament u ekoloġikament u li jnaqqsu jew jimminimizzaw ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Il-“ġestjoni integrata tal-organiżmi ta’ ħsara” tenfasizza t-tkabbir ta’ uċuħ tar-raba’ b’saħħithom bl-inqas xkiel possibbli għall-agro-ekosistemi u tinkoraġġixxi mekkaniżmi naturali ta’ kontroll tal-organiżmi ta’ ħsara; (7) “indikatur tar-riskju” tfisser ir-riżultat ta’ metodu ta’ kalkolu li jintuża għall-evalwazzjoni tar-riskji tal-pestiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem u/jew l-ambjent; (8) “metodi mhux kimiċi” huma metodi alternattivi għall-pestiċidi kimiċi għall-protezzjoni tal-pjanti u għall-ġestjoni tal-organiżmi ta’ ħsara, ibbażati fuq tekniki agroekonomiċi bħal dawk imsemmija fil-punt 1 tal-Anness III, jew metodi fiżiċi, mekkaniċi jew bijoloġiċi għall-ġestjoni tal-organiżmi ta’ ħsara; (9) it-termini “ilma tal-wiċċ” u “ilma ta’ taħt l-art” għandhom l-istess tifsira bħal fid-Direttiva 2000/60/KE; (10) “pestiċida” tfisser: (a) prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009; (b) prodott bijoċidali kif definit fid-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali ( 1 ). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|