+KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
------+Article 2 1.
------+Article 2 2.
------+Article 2 3.
---+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 4 Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali
------+Article 4 1.
------+Article 4 ►C12.
------+Article 4 ►C13.
------+Article 4 4.
------+Article 4 5.

KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas għall-kisba ta’ użu sostenibbli tal-pestiċidi billi jitnaqqsu r-riskji u l-impatti tal-użu tal-pestiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u jiġi promoss l-użu ta’ Ġestjoni Integrata ta’ Organiżmi ta’ Ħsara u ta’ approċċi jew tekniċi alternattivi bħall-alternattivi mhux kimiċi għall-pestiċidi.

Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għall-pestiċidi li huma prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif definiti f’punt 10(a) tal-Artikolu 3.

2.  Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe leġislazzjoni Komunitarja rilevanti oħra.

3.  Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva m’għandhomx iżommu lill-Istati Membri milli japplikaw il-prinċipju ta’ prekawzjoni fit-tnaqqis jew fil-projbizzjoni tal-użu tal-pestiċidi f’ċirkostanzi jew żoni speċifiċi.

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “utent professjonali” tfisser kwalunkwe persuna li tuża pestiċidi matul l-attivitajiet professjonali tagħha, inklużi operaturi, tekniċi, min iħaddem u nies li jaħdmu għal rashom, kemm fil-biedja kif ukoll f’setturi oħrajn;

(2) “distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel pestiċida disponibbli fis-suq, inklużi bejjiegħa bl-ingrossa, bejjiegħa bl-imnut, bejjiegħa u fornituri;

(3) “konsulent” tfisser kwalunkwe persuna li tkun kisbet konoxxenza adegwata u tagħti pariri dwar il-ġestjoni tal-organiżmi ta’ ħsara u l-użu sigur tal-pestiċidi, fil-kuntest ta’ kapaċità professjonali jew servizz kummerċjali, inklużi servizzi ta’ konsulenza privati minn min jaħdem għal rasu u servizzi ta’ konsulenza pubbliċi, aġenti kummerċjali, produtturi tal-ikel u bejjiegħa bl-imnut fejn applikabbli;

(4) “tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi” tfisser apparati maħsuba b’mod speċifiku għall-applikazzjoni tal-pestiċidi, inklużi aċċessorji li huma essenzjali għat-tħaddim effettiv ta’ tali tagħmir, bħal żnienen, manometri, filtri, passaturi u apparat għat-tindif tat-tankijiet;

(5) “bexx mill-ajru” tfisser applikazzjoni ta’ pestiċidi minn inġenju tal-ajru (ajruplan jew ħelikopter);

(6) “ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara” tfisser konsiderazzjoni attenta tal-metodi kollha disponibbli għall-protezzjoni tal-pjanti u l-integrazzjoni sussegwenti ta’ miżuri xierqa li jiskoraġġixxu l-iżvilupp ta’ popolazzjonijiet ta’ organiżmi ta’ ħsara u li jżommu l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u forom oħra ta’ intervent f’livelli li huma ġustifikati ekonomikament u ekoloġikament u li jnaqqsu jew jimminimizzaw ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Il-“ġestjoni integrata tal-organiżmi ta’ ħsara” tenfasizza t-tkabbir ta’ uċuħ tar-raba’ b’saħħithom bl-inqas xkiel possibbli għall-agro-ekosistemi u tinkoraġġixxi mekkaniżmi naturali ta’ kontroll tal-organiżmi ta’ ħsara;

(7) “indikatur tar-riskju” tfisser ir-riżultat ta’ metodu ta’ kalkolu li jintuża għall-evalwazzjoni tar-riskji tal-pestiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem u/jew l-ambjent;

(8) “metodi mhux kimiċi” huma metodi alternattivi għall-pestiċidi kimiċi għall-protezzjoni tal-pjanti u għall-ġestjoni tal-organiżmi ta’ ħsara, ibbażati fuq tekniki agroekonomiċi bħal dawk imsemmija fil-punt 1 tal-Anness III, jew metodi fiżiċi, mekkaniċi jew bijoloġiċi għall-ġestjoni tal-organiżmi ta’ ħsara;

(9) it-termini “ilma tal-wiċċ” u “ilma ta’ taħt l-art” għandhom l-istess tifsira bħal fid-Direttiva 2000/60/KE;

(10) “pestiċida” tfisser:

(a) prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

(b) prodott bijoċidali kif definit fid-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali ( 1 ).

Artikolu 4 Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali

Artikolu 4

Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali biex jiffissaw objettivi, miri, miżuri u skedi ta’ żmien kwantitattivi biex inaqqsu r-riskji u l-impatti tal-użu tal-pestiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent u biex jinkoraġġixxu l-iżvilupp u l-introduzzjoni tal-ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara u ta’ approċċi jew tekniki alternattivi sabiex inaqqsu d-dipendenza fuq l-użu tal-pestiċidi. Dawn il-miri jistgħu jkopru żoni ta’ tħassib, pereżempju l-protezzjoni tal-ħaddiema, il-protezzjoni tal-ambjent, ir-residwi, l-użu ta’ tekniki speċifiċi jew l-użu ta’ prodotti tar-raba’ speċifiċi.

Il-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali jistgħu wkoll jinkludu indikaturi għas-sorveljanza tal-użu ta’ prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom sustanzi attivi ta’ tħassib partikolari, speċjalment jekk ikun hemm alternattivi disponibbli għalihom. L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom sustanzi attivi approvati bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ( 2 ) li, meta jkunu soġġetti għal tiġdid tal-approvazzjoni konformement mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 ma jissodisfawx il-kriterji rilevanti għall-approvazzjoni stabbiliti fl-Anness II, punt 3.6 sa 3.8 ta’ dak ir-Regolament.

Fuq il-bażi ta’ dawn l-indikaturi u filwaqt li, meta jkun applikabbli, jitqies ir-riskju jew l-użu ta’ miri ta’ tnaqqis li jkunu diġà nkisbu qabel l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandhom ukoll jiġu stabbiliti skedi ta’ żmien u miri għat-tnaqqis tal-użu, b’mod partikolari jekk it-tnaqqis tal-użu jikkostitwixxi mezz adegwat sabiex jinkiseb it-tnaqqis tar-riskju fir-rigward tas-suġġetti prijoritarji identifikati fl-Artikolu 15(2)(c). Dawn il-miri jistgħu jkunu intermedji jew inkella finali. L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mill-mezzi kollha neċessarji sabiex jintlaħqu dawn il-miri.

Meta jfasslu u jirrevedu l-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont kif jixraq tal-impatti fuq is-saħħa, soċjali, ekonomiċi u ambjentali tal-miżuri previsti, tal-kundizzjonijiet speċifiċi nazzjonali, reġjonali u lokali u tal-gruppi tal-partijiet interessati relevanti kollha. L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu, fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali tagħhom, kif huma ser jimplimentaw il-miżuri skont l-Artikoli 5 sa 15 sabiex jiksbu l-objettivi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Il-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għandhom jieħdu kont tal-pjanijiet li jaqgħu taħt leġiżlazzjoni Komunitarja oħra dwar l-użu ta’ pestiċidi, bħal miżuri ppjanati konformement mad-Direttiva 2000/60/KE.

►C1  2.  Sas-26 ta’ Novembru 2012, l-Istati Membri għandhom ◄ jikkomunikaw il-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn.

Il-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għandhom jiġu riveduti tal-inqas kull ħames snin u kwalunkwe bidla sostanzjali fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għandha tiġi rrappurtata lill-Kummissjoni mingħajr ebda dewmien.

►C1  3.  Sas-26 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni għandha tressaq ◄ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-informazzjoni mgħoddija mill-Istati Membri fir-rigward tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali. Ir-rapport għandu jkun fih il-metodi użati u l-konsegwenzi tat-twaqqif ta’ diversi tipi ta’ miri għat-tnaqqis tar-riskju u tal-użu tal-pestiċidi.

►C1  Sas-26 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni għandha tressaq ◄ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-esperjenza miksuba mill-Istati Membri rigward l-implimentazzjoni ta’ miri nazzjonali stabbiliti konformement mal-ewwel paragrafu sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ din id-Direttiva. Jekk ikun neċessarju, dan ir-rapport jista’ jiġi ppreżentat flimkien ma’ proposti leġiżlattivi adegwati.

4.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni kkomunikata skont il-paragrafu 2 disponibbli għall-pubbliku fuq websajt.

5.  Id-dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni pubblika stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/35/KE għandhom japplikaw għat-tħejjija u l-modifika tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0128
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.